Left arrow Go Back

IL-KWESTJONI MAL-PSIKOLOĠISTI FL-EDUKAZZJONI

PR1739
Date Icon 09/11/2004

Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni mhux lest li jikkonsidra t-talbiet għal allowances tal-Unjoni tal-Psikoloġisti qabel il-persuni li qed jagħtu servizz f’dan il-qasam jibdew jaħdmu l-ħinijiet normali ta’ xogħol kif jaħdmu l-psikoloġisti l-oħra mal-Gvern.  Barra minn hekk il-Ministeru qed jikkonsidra x’passi jieħu skond il-liġi jekk l-Unjon tinsisti fuq id-direttivi tagħha.  

Il-fatti dwar din it-tilwima huma kif ġej:  

Xi snin ilu, wara sejħa pubblika, numru ta’ għalliema ntgħażlu biex jagħmlu kors universitarju biex jitħarrġu bħala psikoloġisti fil-qasam edukattiv u ntrabtu li jaħdmu bħala psikoloġisti mal-Gvern fil-qasam ta’ l-edukazzjoni.  Wara li ngħataw il-ħatra, il-persuni konċernati ippretendew li, minkejja li saru psikoloġisti mal-Gvern, jibqgħu jaħdmu l-istess ħinijiet li kienu jaħdmu meta kienu għalliema, inkluż il-vaganzi tal-Milied, tal-Għid u tas-Sajf.  

Kulħadd faċilment jifhem li l-problemi psiko-soċjali ta’ l-istudenti u t-tfal ma jiqfux mat-tokk tal-vaganzi jew il-ħinijiet ta’ l-iskola.  Imkien fis-sejha ta’ l-applikazzjoni relattiva ma kien hemm xi kondizzjoni jew wegħda li l-ħinijiet tax-xogħol tal-psikoloġisti tal-Gvern fil-qasam ta’ l-edukazzjoni huma differenti mill-ħinijiet tax-xogħol tal-psikoloġisti tal-Gvern fl-oqsma tas-saħħa, dak soċjali u oqsma oħra.  Il-psikoloġisti mal-Gvern jaħdmu s-sigħat normali ta’ l-uffiċċju bħall-ħaddiema l-oħra tal-Gvern.  Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni jinsisti li m’għandux bżonn psikoloġisti li jieqfu jaħdmu fis-2.30 pm, bin-nofs ta’ nhari li jibdew fil-bidu ta’Gunju, u b’xhur ta’ vaganzi matul is-sena.  

Din il-kwestjoni issa twalet wisq u l-Ministeru jrid li tiġi deċiża favur it-tfal u l-istudenti u fir-rispett tal-kondizzjonijiet tax-xogħol kif stabbiliti għall-kategorija ta’ uffiċjali pubbliċi li fi ħdanhom jaqgħu il-psikoloġisti mal-Gvern.  

Il-psikoloġisti edukattivi jkunu qed juru nuqqas serju ta’ sensittività professjonali jekk bħala azzjoni industrijali jiddeċiedu li jolqtu studenti li jkollhom bżonn provvediment speċjali għal żmien l-eżamijiet.

DOI  09.11.2004

10.7 Kbytes Last Modified on 09th November, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow