Left arrow Go Back

IL-KAP TA’ L-OPPOŻIZZJONI JIBQA JIPPERSISTI FIT-TATTIKA TIEGĦU LI JINNEGA L-VERITÀ TAL-FATTI

PR1734
Date Icon 06/11/2004

Fi stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista, l-Onor Alfred Sant ġie kkwotat li reġa’ qal “li l-Ministru Austin Gatt m’hux jgħid il-verità meta jipprova jfisser l-investiment bħala sempliċiment arranġament bankarju”.  

Dr Alfred Sant hu l-prova li ‘l min għandu rasu iebsa daqs iż-żonqor, ma tikkonviċih qatt. Dr Sant irid jibqa’ jgħid li sar investiment ġdid minkejja li l-fatti kollha juru l-oppost.  

Għall-ewwel darba, iżda, Dr Sant, jidher li bil-mod qed jirreġistra x’ilu jirrepeti l-Gvern għal din l-aħħar ġimgħa. Xorta iżda qed jipproġetta ruħu li m’hux qed jifhem. Din tidher li ġejja mill-fatt li nqabad fi żball nhar il-Ħadd u għadu qed jibqa’ jipprova jsewwieħ.  

Nhar il-Ħadd il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni qal li l-Gvern nefaq Lm4 miljun f’Awissu li għadda biex xtara l-ishma fil-BTI. Din l-istqarrija kienet rappurtata mill-media kollha, inklużi Maltastar.com, Super One TV u l-orizzont, u issa, fl-istqarrija tal-lum, Dr Sant hu rappurtat li qed jirrikonoxxi li żbalja meta qal li l-ishma nxtraw għal Lm4 miljun f’Awissu u li fil-fatt dawn inxtraw għal Lm150,000 fi Frar 2004.  

Biex ma jabbandunax għal kollox l-akkużi bla bażi li ilu jagħmel dawn l-aħħar ġimgħat, it-tranżazzjoni bankarja li saret f’Awissu li għadda (li għall-ewwel ħasibha li kienet biex jinxtraw l-ishma, imbagħad ammetta li żbalja) issa qed jgħid li hi investiment ieħor ġdid.  

Għal darb’oħra l-Gvern itenni dak li stqarr ħames darbiet oħra din il-ġimgħa, li l-Freeport Terminal ( Malta ) qed tibdel minn bank Taljan għal bank Malti il-finanzjament tas-self li għamlet Brindisi Terminal Italia spa biex tixtri l-makkinarju. Dan biex ikun possibbli li s-self jitħallas b’pass aktar komdu għall-Malta Freeport . Ir-raġuni espliċita u dikkjarata ħames darbiet din il-ġimgħa biss mill-Gvern hi biex Brindisi Terminal Italia jinġieb f’pożizzjoni li jinbiegħ.  

Diffiċli wieħed jifhem kif il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni jibqa’ jitlob spjegazzjoni meta din qed tingħatalu ripetutament, u fuq kollox kienet f’idejh meta kien qed jaqra l-kotba finanzjarji tal-Malta Freeport .  

M’hemmx dubju li l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni u kull min jisimgħu jifhmu li hemm differenza kompleta bejn li wieħed iħallas self li jkun sar qabel, u li wieħed jagħmel investiment ġdid. Minkejja li dan jafu, Dr Alfred Sant qed jipprova jsewwi l-iżball kbir li għamel fil-bidu nett meta qal li l-Lm4,000,000 intużaw biex jinxtraw l-ishma.  

Rigward l-osservazzjonijiet dwar ir-riżenja taċ-Chairman tal-Bank of Valletta , il-Gvern jixtieq biss jiġbed l-attenzjoni tal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni li l-ittra tar-riżenja tas-Sur Joe FX Zahra (li l-Gvern ippubblika) iġġib data aktar kmieni minn meta Dr Sant beda jagħmel l-interpretazzjonijiet ħżiena rigward it-tranżazzjoni bankarja t’Awissu li għadda. M’hemm ebda raġuni għalfejn il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni jaħseb li ż-żewġ affarijiet għandhom x’jaqsmu.  

Dr Alfred Sant jaħseb li l-poplu kollu lest jisma’ biss li jgħidlu  hu u jinjora l-aktar fatti ċari basta hu jmeri is-sewwa magħruf.

DOI - 06.11.2004

6.39 Kbytes Last Modified on 08th November, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow