ID-DGĦAJJES IRREĠISTRATI ‘S’: JISTA’ JSIR SAJD LIMITAT GĦALL-UŻU TAD-DILETTANTI SKOND KIF IRREGOLAT MILL-AVVIŻ LEGALI 425/01
Informazzjoni dettaljata dwar minn fejn jista’ jsir is-sajd u dwar x’tip ta’ sajd jista’ jsir fuq id-dgħajjes irreġistrati ‘S’ kienet mogħtija minn Dr Anthony Gruppetta, Direttur Ġenerali, Fisheries Conservation and Control, waqt laqgħa organizzata għall-Boat Builders.
F’din il-laqgħa kienu preżenti membri ta’ l-Assoċjazzjoni tal-boat builders kif ukoll Uffiċjali mill-Pulizija u mill-Forzi Armati ta’ Malta , li huma responsabbli mill-enforcement ta’ dawn ir-regolamenti. Il-laqgħa kienet organizzata mis-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, l-Onor. Edwin Vassallo b’kollaborazzjoni ma’ l-Small Business and Crafts Directorate, il-Malta Standards Authority u l-Malta Enterprise u għalija kienu wkoll preżenti rappreżentanti t’assoċjazzjonijiet tas-sajjieda. Din il-laqgħa flimkien tathom l-opportunità li jitkellmu dwar x’sajd jista’ jsir minn fuq id-dgħajjes irreġistrati ‘S’, u dawk kollha li huma konnessi f’dan is-suq ingħataw l-informazzjoni kollha meħtieġa.
Fil-bidu tal-laqgħa, is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo qal li “Laqgħa bħal din qiegħda issir biex naraw li għal dan is-settur inneħħu l-burokrazija żejda li teżisti. F’dan il-qasam din kienet qed ittellef il-bejgħ lil dawk li jibnu d-dgħajjes żgħar li llum huma rreġistrati bil-marka ta’ C.E., u li jistgħu jkunu rreġistrati mas-Small Ships Register tal-Malta Maritime Authority (S), jew fir-reġistru tal-Bastimenti tas-Sajd Rikrejazzjonali Sezzjoni C (ex PTF) meta dan ikun miftuħ. “Il-burokrazija li qed nirreferi għaliha f’dan il-kuntest tikkonsisti f’nuqqas ta’ informazzjoni li setgħet kienet teżisti fost diversi setturi li kollha kemm huma jagħmlu dan is-settur dak li hu.”
“Il-problema li toħloq il-burokrazija żejda trid tiġi solvuta jew permezz tat-tneħħija ta’ proċeduri żejda jew permezz ta’ kjarifikazzjoni dwar regolamenti li jkunu qed jirregolaw is-suq. F’dan il-każ, illum ġiet organizzata laqgħa bejn dawk kollha interessati biex l-informazzjoni tasal għand dawk kollha nvoluti fin-negozju tal-bini ta’ dgħajjes, il-konsumaturi tagħhom u l-enforcement officers, kemm jekk Pulizija kif ukoll jekk suldati tal-Forzi Armati.”
“Dan huwa l-mod ta’ kif il-Gvern qiegħed jgħin lil dawn l-artiġjani li qegħdin fis-settur tal-manifattura tal-bini tad-dgħajjes f’pajjiżna. Bħal ma qegħdin nagħmlu ma’ dan is-settur, irridu nkomplu nagħmlu ma’ setturi oħra. Dejjem skond kif setturi ta’ self-employed u negozji żgħar jitolbu minna.
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo ikkonkluda billi qal li “dak li issa ser isir huwa li fil-ġejjieni jkun ippubblikat fuljett li jindika l-informazzjoni dwar x’sajd jista’ jsir minn fuq id-dgħajjes irreġistrati ‘S’. Din hija l-informazzjoni li kienet mitluba minn dawn is-settur ta’ negozji żgħar, li issa qiegħda tingħata. Nittama li issa kulħadd għandu l-informazzjoni li kien qed jitlob.”
DOI 04.11.2004
6.67 Kbytes Last Modified on 04th November, 2004
HOME | GOV.MT
HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946