MR SPEAKER JILTAQA’ MAL-ĦAMES MEMBRI MALTIN TAL-PARLAMENT EWROPEW
Nhar it-Tlieta l-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onor Anton Tabone, laqa’ fl-Uffiċċju tiegħu fil-Parlament lill-Membri Maltin tal-Parlament Ewropew. Għal-laqgħa attendew il-ħames Membri, Dr John Attard Montalto, Dr Simon Busuttil, is-Sur David Casa, is-Sur Louis Grech u s-Sur Joseph Muscat.
Il-laqgħa kienet waħda kordjali ħafna li fiha ġew diskussi materji konnessi mal-ħidma ta’ l-MEPs fil-Parlament Ewropew, ir-relazzjoni li għandu jkollhom mal-Parlament Malti u kif jista’ jkun hemm aktar koperazzjoni bejn iż-żewġ Parlamenti.
Mr Speaker awgura lill-ħames Membri tal-Parlament Ewropew ħidma fejjieda għall-ġid tal-poplu Malti li huma jirrappreżentaw u wera x-xewqa li jkun hemm aktar laqgħat bħal dawn fil-futur.
DOI 03.11.2004
2.66 Kbytes Last Modified on 03rd November, 2004
HOME | GOV.MT
HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946