IL-KUMPANIJA GOZO CHANNEL COMPANY LTD NAQQSET IT-TELF TAGĦHA MINN KWAZI MILJUN LIRA, GĦAL LM 27,000.
Il-kumpanija Gozo Channel Company Ltd naqqset it-telf tagħha minn kwazi miljun lira, għal Lm27,000. Dan qalu l-Ministru Austin Gatt meta waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet ħabbar ir-rizultati finanzjarji tal-kumpanija Gozo Channel Company Ltd għas-sena finanzjarja li ntemmet f’Settembru li għadda.
Waqt din il-konferenza ta’ l-aħbarijiet il-kumpanija Gozo Channel ġiet prezentata bl-International Management Safety (ISM) Code mill-Bureau Veritas, l-awdituri ta’ din iċ-ċertifikazzjoni.
Il-Ministru Austin Gatt spjega li dawn ir-rizultati jikkonfermaw li l-proċess tar-riforma fil-Gozo Channel huwa vijabbli, u ċ-ċifri tan-numru ta’ passiġġieri jindikaw li fil-verita’, minkejja l-kritika li kien hemm meta ġew riveduti t-tariffi tal-Gozo Channel, in-numru ta’ passiġġieri li jitilgħu Għawdex zdied. Il-Ministru Austin Gatt fil-fatt spjega li din l-aħħar sena kien hemm zieda ta’ iktar minn 50,000 passiġġier u zieda ta’ iktar minn 10,000 karrozza fuq iċ-ċifri tas-sena ta’ qabel.
Huwa saħaq li r-riforma li saret kienet tinkludi diversi aspetti fosthom li ma sarx ingaġġ ġdid ta’ ħaddiema, organizzazjoni ta’ l-ekwipaġġ relatat ma’ l-ammont ta’ passiġieri (manning levels) , skeda iktar effiċjenti kif ukoll control fuq l-uzu tal-fuel fil-vapuri, permezz ta’ installazzjoni ta ‘Soft Starters’ li jnaqqsu l-konsum. Dan ta’ l-aħħar huwa aspett li fiċ-ċirkostanzi tal-lum, minħabba ż-żieda fil-prezz taż-żejt, huwa priorita’.
Il-Ministru Austin Gatt qal li wara r-riformi li bdew jiġu mplimentati, il-kumpanija rnexxielha zzid id-dhul tagħha bi Lm 300,000. Apparti minn hekk għall-ewwel darba, il-kumpanija qed tirċievi sussidju dirett mingħand il-Gvern li jagħmel tajjeb għad differenza bejn il-prezz li jħallas passiġġier Malti u dak li jħallas wieħed Għawdxi, il-biljetti ta’ l-anzjani u s-servizz ta’ bil-lejl. Matul il-ħames xhur kemm ilu ffirmat dan il-Public Service Obligation contract, il-Gozo Channel irċieviet madwar Lm700,000 mingħand il-Gvern. Il-Ministru rrimarka li r-riforma fil-Gozo Channel kienet tinkludi impenn aggressiv biex jitnaqqsu l-ispejjes amministrativi, liema spejjes naqqsu b’Lm 100,000 f’dawn l-aħħar sentejn.
Il-Ministru Gatt esprima s-sodisfazzjon tiegħu li r-rizultati juru li l-kisbiet li qed tagħmel il-kumpanija qed isiru mingħajr ma’ ġiet effetwata l-ekonomija Għawdxija.
Il-Ministru Austin Gatt tkellem ukoll dwar d-diversi inizjattivi promozzjonali li qed jittieħdu mill-kumpanija f’konsultazzjoni sħiħa ma’ l-operaturi turistiċi u kummerċjali Ġħawdxin. Fil-fatt huwa ħabbar li, minn Ġunju 215-il persuna diġa xtraw l-Frequent Traveller Scheme tickets li jintitolaw lill-passiġġier għal skont aktar ma jivvjaġġa.
Minn Ġunju l’ hawn inbiegħu 342 biljett tal-Gozo by Night. Is-servizz b’lanċa għall-passiġġieri li jivvjaġġaw bil-lejl fil-perjodi tax-xitwa, li nbeda f’Ġunju li għadda, u li huwa wkoll sussidjat mill-Gvern, intuża biss minn 304 persuna.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946