Left arrow Go Back

GĦAJNUNA FINANZJARJA LIS-SETTUR AGRIKOLU

PR1682
Date Icon 27/10/2004

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Biedja u s-Sajd, l-Onor. Dr. Francis Agius qassam għajnuna finanzjarja mill-Gvern Malti kif ukoll dik li gejja mill-Unjoni Ewropea, lil diversi bdiewa Maltin u Għawdxin li jkabbru d-dwieli. Dan kien pass ieħor il-quddiem fejn il-Gvern qiegħed iżomm mal-wegħda tiegħu li jipprovdi għajnuna teknika u finanzjarja lis-settur agrikolu.  

Il-Gvern hu kommess li jara li s-settur agrikolu jkompli jimxi ‘l quddiem biex b’hekk il-bdiewa u r-raħħala jkunu bħal bdiewa u raħħala Ewropej. Is-Segretarju Parlamentari  Agius qal li “l-biedja f'Malta trid tisfrutta kull għajnuna possibli li tagħti l-Unjoni Ewropeja. Għalkemm għadna fil-bidu, irrid ngħid li s’issa għamilna pass tajjeb il-quddiem billi ġa qegħdin nieħdu l-vantaġġi kollha ta’ għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropeja li hemm għal bdiewa u raħħala tagħna”.  

Dr. Agius qal li eżempju ta’ dan huwa il-qasam tal-vitikultura għall-produzzjoni ta’ l-inbid ta’ l-aqwa kwalita’. Ma’ dan il-qasam hemm oqsma oħra li l-quddiem jinghata tagħrif dwarhom.  

“It-teknici tagħna qegħdin jaħdmu ħafna, u ta’ dan irrid nirringrazzjahom, biex inġibu u nwasslu din l-għajnuna lill-bdiewa u r-raħħala tagħna’, qal is-Segretarju Parlamentari Agius.   

“Matul ix-xhur li għaddew rajna it-twaqqif ta’ l-ewwel Għaqdiet tal-Produtturi. Din hija direzzjoni ġdida għall-Agrikoltura tagħna li bhalissa għaddejja minn rinaxximent u ristrutturar qawwi, li ser jgħin biex il-bdiewa tagħna jkunu fuq l-istess livell ta’ bdiewa u raħħala Ewropej.”  

Dr. Agius qal li l-Gvern bil-għajnuna ta’ l-Unjoni Ewropeja, investa biex jara li dan is-settur tal-vitikultura, ikollu tgħammir meħtieġ għal dan il-qasam li sewa b’kollox 250,000 Euro. Rajna wkoll it-twaqqif ta’ laboratotju għall-analisi ta’ l-inbid fl-Għammieri. Dan il-laboratorju huwa mgħammar bl-aqwa teknologija biex  il-bdiewa jkollhom l-aqwa għajnuna ħalli jkomplu jtejbu l-prodott tagħhom.  

Il-Gvern ukoll bħalissa huwa għaddej bid-diskussjonijiet mas-settur privat biex f’pajjizna ukoll ikun hawn Enoteca fejn fiha jkollna esposti l-aqwa u l-ifjen inbejjed ta’ kwalita’ biex il-poplu Malti u t-turisti li jżuruna japprezzaw il-prodott tal-bdiewa u r-raħħala tagħna. Dan jgħati lok biex ikollna iktar impjiegi fl-industrija ta’ l-inbid.  

L-għajnuna li qed titqassam illum, u li gejja mill-Gvern Malti u mill-Unjoni Ewropeja, għal vitikultura, tammonta b’kollox għas-somma ta’ Lm39,225.60; dan ifisser li matul din is-sena ser tkun ingħatat b’kollox għajnuna ta’ Lm140,019 fuq is-settur tal-vitikultura biss.  

“Dan juri li għal darb’oħra qed nuru bil-fatti l-impenn tal-Gvern li jinżammu l-wegħdi li għamilna li ngħinu lis-settur agrikolu li llum qed niffokaw b’mod partikulari fuq il-vitikultura. Din l-għajnuna li qed tingħata ta’ Lm480 kull tomna raba, hija indirizzata biex il-bidwi jinvesti fl-għelieqi tiegħu mezzi ġodda għat tkabbir tad-dwieli,” zied jghid Dr. Agius.  

Dr. Agius temm il-messaġġ tiegħu fejn heġġeġ lill-bdiewa u r-raħħala biex iħarsu l-quddiem u biex japplikaw għal kull għajnuna li hemm ħalli hekk ikunu jistgħu itejbu il-kwalita’ tax-xogħol tagħhom. Dr. Francis Agis temm jgħid li: “Il-flus qegħdin hemm, jonqas biss li il-bdiewa u r-raħħal taghna jisfruttawhom”.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow