IL- MINISTRU GHALL- INVESTIMENT, INDUSTRIJA U TEKNOLOGIJA TA’ L-INFORMAZZJONI JEMMEN LI L-IT&T FAIR KIENET U GHADHA AVVENIMENT IMPORTANTI.
Il-Ministeru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni jirreferi għall-istqarrija tal-Kelliem tal-Oppożizzjoni, Leo Brincat rigward il-fatt li l-Ministeru din is-sena ma tellax stand fl-IT&T Fair organizzata mill-Korporazzjoni għall-Fieri.
Il-Ministeru jixtieq jagħmilha ċara li jappoġġja l-IT&T Fair u jemmen li din kienet u għadha avveniment importanti ħafna li jqarreb klienti u bejjiegħa fl-industrija lokali tat-teknoloġiji ta’ l-informazzjoni u l-kommunikazzjoni.
Xhieda ta’ l-appoġġ tagħna hu l-fatt li din is-sena wkoll il-Ministru Austin Gatt fetaħ il-fiera. Dak inhar huwa tenna l-impenn personali tiegħu għas-suċċess tal-fiera.
Din is-sena, il-Ministeru ddeċċieda li ma jarmax stand fil-fiera minħabba limitazzjonijiet fil-budget tar-relazzjonijiet pubbliċi tal-Ministeru. Is-Segretarjat għas-Soċjetà ta l-Informazzjoni fil-Ministeru jżomm preżenza qawwijja matul is-sena kollha fil-mezzi tal-kommunikazzjoni biex kontinwament jinforma lill-pubbliku dwar il-benefiċji tat-teknoloġiji. L-opportunitajiet fil-mezzi tal-kommunikazzjoni u f’avvenimenti matul is-sena huma ħafna u l-aktar ħaġa iebsa hi li tagħżel bejniethom.
Hu inevitabbli li xi drabi l-għażliet li jsiru jħallu barra opportunitajiet ta’ pubbliċità li ma jkunux joqgħodu fil-prioritajiet u fil-budget limitat tal-Gvern. Dan ma jfissirx li fis-snin fil-futuri, il-Ministeru m’hux se jagħżel li jerġa’ jtella’ stand tiegħu fl-IT&T Fair.
Kuntrarju għal kif jidher li hu informat il-Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni, il-Gvern m’hux qed iħallas penali għax ma ħax sehem fil-Fiera.
Huwa sorprendenti l-fatt kif sempliċi purament kundizzjonata minn infieq kontrollat tal-finanzi pubbliċi u prioritajiet ta’ marketing, tispiċċa fl-aġenda tal-Partit ta’ l-Oppożizzjoni, għall-kontroversja politika.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946