Left arrow Go Back

ARTIST ŻAGĦŻUGĦ B’ĦERQA KBIRA GĦALL-ARTI

PR1667
Date Icon 25/10/2004

Iż-żieda fis-swali tal-wirjiet, il-ħeġġa taż-żgħażagħ li jimirħu fl-immaġinazzjoni tagħhom u jesprimu dak li joħolmu fuq it-tila, l-irħam u ċ-ċeramika qed twassal biex jikber in-numru ta’ dawk li jieħdu l-arti  bis-serjeta’ u b’mod professjonali.  

Fil-Barumbara Art Café fil-Lukanda Imġarr, f’Għawdex, il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech inawgura wirja ta’ pittura mill-artist żagħżugħ Victor Agius, li qed jippreżenta numru ta’ xogħlijiet li huma espressjoni tal-gżira  Għawdxija.  

Victor Agius għandu biss 22 sena u hu għalliem mix-Xagħra Għawdex. Sa mill-età ta’ seba’ snin kien diġà beda jattendi klassijiet privati ta’ l-arti. Għalkemm din hi l-ewwel wirja personali ta’ Agius hu ħa sehem f’wirjiet kollettivi  li kienu jinkludu proġett fotografiku li ntwera fil-Kavallier ta’ San Ġakbu u għandu xogħlijiet ta’ skultura f’wirjiet permanenti f’mużewijiet f’Ruma u Pennsylvania.  Hu ħa sehem ukoll fi proġetti ta’ l-arti f’Bergamo, Berlin u Napli.  

Il-wirja fil-Barumbara Art Café, intiltolata “Gaulos” – l-isem li l-Feniċi taw lil Għawdex – hi  preżentazzjoni ta’ 13-il biċċa xogħol li kienu ispirati minn siti u veduti li l-artist, bħala bnidem li ġej minn gżira,  hu imdawwar bihom. L-artist ikkonċentra x-xogħlijiet tiegħu  għall-inħawi rurali.  

“F’Malta u Għawdex għandna talenti li huma ferm aktar mifruxa mill-kobor ta’ pajjiżna. Dawn qed iwasslu biex il-kultura f’pajjiżna qed tinfirex u qed toħroġ minn xtutna u hekk Malta u Għawdex qed ikunu aktar magħrufa mal-barranin bħala nazzjon bl-identità u d-diversità tiegħu,” qal Francis Zammit Dimech meta nawgura l-wirja.  Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura feraħ lil Victor Agius għax-xogħlijiet tiegħu u ddeskrivieħ bħala “artist żagħżugħ mimli talent u li għaliex iħobb dak li qed iwettaq, joħroġ xogħlijiet ta’ l-arti mill-aqwa.”

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow