IL-PROPOSTI GĦAL RIFORMI FIL-QASAM TA’ L-EDUKAZZJONI: IT-TMEXXIJA TA’ L-ISKEJJEL TA’ L-ISTAT TIBQA` RESPONSABBILITA` TAL-GVERN
Mhux veru li fil-proposti għal riformi fil-qasam ta’ l-edukazzjoni hemm xi pjan biex l-iskejjel ta’ l-Istat jaqgħu taħt ir-responsabbilita` “ta’ xi waħda mill-fondazzjonijiet”.
Dan qalu Dr. Louis Galea, Ministru ta’ l-Edukazzjoni, bi tweġiba għal dak li ġie rappurtat li qal Dr Alfred Sant, Kap ta’ l-Oppożizzjoni, meta kien qed jitkellem il-bieraħ fil-għodu fir-Rabat.
Kif spjega Dr. Louis Galea fl-ittra lill-MUT, (pr1663 + 1663a), il-proposta hi li t-tmexxija ta’ l-iskejjel ta’ l-Istat tibqa` responsabbilita` tal-Gvern regolata mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni kif riformata f’awtorita` nazzjonali li tirregola l-kwalita` tat-tagħlim fl-iskejjel kollha, inkluż dawk ta’ l-Istat. Il-Bordijiet li huma proposti jmexxu l-gruppi ta’ skejjel ta’ l-Istat ukoll jaqgħu taħt din l-awtorita` nazzjonali u taħt l-ebda fondazzjoni.
Kif diġa` fisser il-Ministru Galea, id-dikjarazzjoni tal-President ta’ l-MUT li 80 fil-mija tal-Kurrikulu ma twettaqx hi inġusta u bla bażi.
Dwar allegazzjonijiet konnessi mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada, il-Ministru Galea jwiegeb meta r-rapport isir pubbliku, ħaġa li ma tiddependix minnu.
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946