XOGĦLIJIET FIĊ-ĊENTRU TAS-SAĦĦA TA’ RAĦAL ĠDID
Id-Dipartiment tal-Kura Primarja javża li minn nhar it-Tnejn, 25 t’Ottubru 2004 se jibdew xogħlijiet ta’ refurbishment, estenzjoni u alterazzjonijiet strutturali fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid.
Dawn ix-xogħlijiet qed isiru biex is-servizz tal-Kura Primarja f’dan iċ-Ċentru jiġi estiż u mtejjeb.
a) Il-pubbliku huwa mgħarraf illi s-servizzi ta’:
· Trattament mill-infermiera,
· Tabib,
· Kura tas-saqajn,
· Dentist,
· X Ray, u
· Diabete,
Ser jibqgħu jiġu provduti b’mod regolari miċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid,
b) Is-servizzi ta’ kliniċi oħra ser jiġu trasferiti temporanjament għaċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Bormla kif ġej:
· Dik tat-tilqim, mis-Sibt, 23 t’ Ottubru 2004,
u mit-Tnejn, 25 t’ Ottubru 2004 dawk ta’
· Ostetriċia u ġinecoloġija,
· Konsulent mediku,
· Kura mentali,
· Kura ta’ l-għajnejn, u
· Speech language
c) Is-servizz ta’ klinika tat-trabi ser jkun trasferit temporanjament għaċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana mil-25 t’Ottubru 2004.
F’każ ta’ diffikultà jew għal aktar informazzjoni wieħed jista jċempel fuq in-numri tat-telephone 21 673292 jew 21 673293.
Qed isir dak kollu possibli biex ix-xogħlijiet isiru fl-iqsar żmien possibbli. Id-Dipartiment tal-Kura Primarja jiskuża ruħu mal-pubbliku għal kull inkonvenjent.
DOI – 21.10.2004
13.64 Kbytes Last Modified on 21st October, 2004
HOME | GOV.MT
HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946