BIEX INSIRU AKTAR KONXJI MILL-WIRT STORIKU FIL-BELT VALLETTA
Il-kuruduri ta’ l-Auberge d’Italie fi Triq il-Merkanti dan l-aħħar inbidlu f’gallerija ta’ wirjiet fotografiċi u aristiċi. L-ewwel tlieta minn dawn l-esibizjonijiet huma dwar il-bliet tagħna mdawwrin bis-swar u ttellgħu fi żmien meta l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu kienet qed torganizza l-Festival ta’ l-Ibliet Storiċi.
Bħalissa qed tittella’ wirja fotografika u kompetizzjoni mill-Valletta Alive Initiative u l-Kunsill Lokali Valletta taħt il-patroċinju tal-Malta Photographic Society u b’kollaborazzjoni ma’ AgfaPhoto. L-iskop ta’ din il-wirja hu li kulħadd ikun aktar konxju tat-teżori prezzjużi li hawn fil-belt kapitali tagħna li filwaqt li hi belt storika mhix belt mejta iżda waħda mimlija attività.
Ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni huma:
L-ewwel premju … “Carnival Colour 2004” ta’ Joseph Muscat-Azzopardi
It-tieni premju …... “Street Market” ta’ Joseph P. Smith
It-tielet premju ….. “Law & Literature” ta’ Austin Farrugia
Hon. Mention …… “Peruvian Music & Colours” ta’ Austin Farrugia
“Għall-Frisk” ta’ Nadine Genevose
“A Quite Stroll” ta’ Patrick Genovese
“Upstairs and Downstairs” ta’ Rienko Wilton.
“Il-kultura, kwalunkwe forma tieħu, tagħtina u ssaħħilna l-identità tagħna u tagħmilna nazzjon. Għalhekk qed nagħmlu ħilitna biex nikkonsolidaw u nkattru t-talenti li għandna f’pajjiżna,” stqarr il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech meta ppreżenta l-premjijiet lir-rebbieħa tal-kompetizzjoni fotografika.
Il-Ministru Zammit Dimech irringrazzja lil kull min qed jieħu inizjattivi biex il-poplu Malti jsir aktar konxju mill-wirt artistiku u mill-patrimonju storiku li għandna u lil dawk kollha li qed jaħdmu biex il-belt kapitali tagħna tkompli tikseb lura d-dinjità li tixirqilha bħala ċentru storiku, politiku u residenzjali ta’ pajjiżna.
DOI - 21.10.2004
6.38 Kbytes Last Modified on 21st October, 2004
HOME | GOV.MT
HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946