Left arrow Go Back

IL-MINISTERU GĦAT-TEKNOLOĠIJA TA’ L-INFORMAZZJONI U L-INVESTIMENT JWIEĠEB KUMMENTI TAL-KELLIEM TA’ L-OPPOŻIZZJONI RIGWARD SISTEMI ELETTRONIĊI

PR165
Date Icon 11/02/2004

Il-Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni l-Onor. Leo Brincat qara x’imkien li fl-Ingilterra l-Gvern qed jagħmel esperimenti kkontrollati biex jara jistax u jaqbillux jadotta sistemi open source biex iħaddem is-sistemi elettroniċi fuq l-iskrivaniji ta’ xi impjegati tiegħu.

Dan hu tassew esperiment interessanti li l-Gvern Malti qed isegwi b’interess kbir. Iżda dan hu biss kif iġib ismu, jiġifieri esperiment. Il-vijabilità ta’ l-inizjattiva tista’ titqies biss wara li l-esperiment isir u wieħed ikejjel irnexxiex jew le. Minflok, meta l-proġett għadu biss idea f’moħħ ħaddieħor, l-Onor. Brincat jagħmel stqarrija politika u jgħid li s-sistemi kollha tal-Gvern Malti misshom jinbnew skond dak li għad irid jiġi ppruvat f’xi uffiċċji f’pajjiż ieħor.
Għall-informazzjoni ta’ l-Onor. Brincat, dan li qed isir fl-Ingilterra m’hux l-ewwel esperiment bis-sistemi open source. Dan għax dawn it-tip ta’ sistemi għall-ewwel iwiegħdu ffrankar ta’ spejjeż f’liċenzji għall-użu. Madankollu, f’dan l-istadju l-ispejjeż t’aġġornar, manteniment, tiġdid, tiswija u tibdil ta’ dawn is-sistemi jista’ jissarraf fi spiża ogħla tant li z-zalza taf tiġi ogħla mill-ħut.

Dan jirriżulta minn numru ta’ esperimenti oħra bl-open source li sar f’xi bliet oħra barra l-Ingilterra

Minkejja dan, il-Gvern Malti jżomm l-għażliet tiegħu miftuħa. M’hemm xejn fundamentalment żbaljat bil-mudell ta’ l-open source ħlief li s’issa għad m’hux pruvat li hu mudell aktar finanzjarjament vijabbli mill-mudelli ppruvati aktar familjari. Meta dan jiġri, il-Gvern Malti jqabbel fejn jaqbel lill-pubbliku Malti.

Jidher li l-Onor. Brincat ħaseb li għandu opportunità oħra jikkritika l-ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Microsoft li hu l-mudell li qed iħajjar ħafna pajjiżi oħra.

Għal darb’oħra l-Gvern jistieden lill-Onor. Brincat biex ma jippolitiċizzax dan il-qasam u minflok jirrikorri ghall-kritika partiġġjana, jikkontribwixxi aktar bis-sħiħ lejn it-tisħiħ tat-teknoloġiji ta’ l-informazzjoni u l-komunikazzjoni f’Malta.

Il-Gvern jemmen li l-alleanza strateġika bħal mal-Gvern ikkonkluda mal-Microsoft kienet sies essenzjali fl-isforz tagħna biex insiru Ċentru Reġjonali ta’ Eċċellenza fit-Teknoloġija. Dan l-isforz hu ispirat mill-ħsieb li l-għerf li jinħoloq mill-ispeċjalisti Maltin fil-qasam tat-teknoloġiji jissarraf fi tkabbir ekonomiku u dħul finanzjarju.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow