1378 POSTA TA’ BEJJIEGĦ FIL-MONTI IGGARANTITI BĦALA IMPJIEG FISS.
Waqt Konferenza ta’ l-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, l-Onor. Edwin Vassallo ta aktar informazzjoni dwar l-organizazzjoni li qiegħda ssir f’numru ta’ swieq f’lokalitajiet differenti madwar Malta. Dan l-eżerċizzju għandu jwassal għal:
· Aktar organizazzjoni fost il-Bejjiegħa tal-Monti.
· Enforcement minn kull Kunsill Lokali fuq l-indafa fis-swieq.
· Organizzazzjoni għall-ġirien tas-swieq.
Din l-organizzazzjoni għandha twassal għall-garanzija fuq l-użu tal-posta għall-bejjiegħa tal-Monti. Ħadd ma jista’ jarma minflok min għandu l-posta rreġistrata fuq ismu, u b’din l-organizazzjoni l-ebda bejjiegħ ma jista’ jarma fuq posta mingħajr ma jkollu liċenzja tan-negozju maħruġa mit-Trade Licensing Unit u l-awtorizazzjoni tal-Kunsill Lokali rispettiv.
S’issa, bl-inizjattiva tas-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo u bil-kollaborazzjoni tal-Kunsilli Lokali, ġew organizzati 11-il suq b’total ta’ 1378 bejjiegħ. Is-swieq li ġew organizzati s’issa huma dawn:
LOKALITA
NUMRU TA’ POSTI
WAITING LIST
NAXXAR
20
Not Available
BIRZEBBUĠIA
65
20
RAĦAL ĠDID
58
11
BORMLA/BIRGU
423
2
BIRKIRKARA
186
37
SLIEMA
5
N/A
QORMI
218
45
ŻEJTUN
90
33
ATTARD
220
43
RABAT
93
N/A
TOTAL
1378
191
Barra li dawn is-swieq partikolari ġew organizzati, it-tmexxija amministrattiva issa għaddiet f’idejn l-istess Kunsilli Lokali, biex b’hekk jkunu jistgħu jiġu mmaniġġjati aħjar fl-interess tal-lokalitajiet rispettivi.
L-Onor. Vassallo ħabbar li “ma dawn il-Kunsilli Lokali ser jingħaqad ukoll il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbug (Malta), biex b’hekk in-numru ta’ swieq organizzati jitla’ għal 12.”
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo qal ukoll li “minn meta bdew jiġu organizzati s-swieq ħareġ fid-deher li diġa hemm waiting list ta’ 191 posta tal-monti ġdida, mifruxa f’diversi lokalitajiet. Dan il fatt, qiegħed iwassal lill-Gvern biex ikompli jħeġġeġ lill-Kunsilli Lokali sabiex ikomplu jorganizzaw is-swieq tagħhom. B’hekk nistabilixxu eżatt kemm hija d-domanda preżenti għall-posti ġodda tal-bejjiegħa tal-monti. Il-pass li jmiss huwa li l-Gvern ikompli jaħdem sabiex b’Avviż Legali ġdid joħroġ il-permess ta’ swieq ġodda.
“Għalhekk qiegħdha tingħata l-aħħar opportunita` sabiex kull min għadu ma rreġistrax ismu mal-Kunsill Lokali, bħala bejjiegħ tal-monti f’lokalitajiet fejn wieħed jarma, jkun jista’ jagħmel dan sa mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Ottubru. Jekk bejjiegħ jonqos li jagħmel dan, ikun qiegħed jirriskja li awtomatikament jitlef postu minn dik il-lokalita’ partikolari fejn kien jarma, u postu jittieħed minn dawk li isimhom jinsab fuq il-waiting list ta’ kull kunsill.
DOI – 20.10.2004
26.39 Kbytes Last Modified on 20th October, 2004
HOME | GOV.MT
HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946