STQARRIJA KONGUNTA MILL-MINISTERU GĦALL-GĦAWDEX U MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT
Imniedi l-ewwel stħarriġ dwar biedja organika f’pajjiżna
Jekk jingħataw l-opportunita’ li jagħżlu, l-maġġoranza l-kbira tal-konsumaturi Maltin jagħżlu prodotti organiċi.
Dan il-fatt joħroġ mill-ewwel stħarriġ li sar fil-gżejjer Maltin biex isir magħruf il-livell ta’ tagħrif li l-poplu Malti u Għawdxi għandu tal-biedja organika f’pajjiżna. Dan l-istħarriġ kien ippreżentat fil-preżenza tal-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono u tal-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino.
Mir-riżultati ta’ l-istħarriġ jidher ċar li hawn domanda kbira għal dawn il-prodotti iżda għad hawn diversi fatturi li qed jaħdmu kontra s-settur, bħalma huma n-nuqqas ta’ għarfien minn naħa tal-konsumaturi fuq x’inhi l-agrikultura organika u d-diffikulta’ li dawn il-prodotti jinstabu fis-suq.
Teżisti wkoll il-problema tan-nuqqas ta’ bdiewa li qed ikabbru l-prodotti tagħhom b’mod organiku. Madankollu, minkejja li għad hemm ħafna xi jsir, ir-riżultati ta’ dan l-istħarriġ jagħtu kuraġġ lil kull min hu involut f’dan is-settur.
Il-Ministru Giovanna Debono qalet li f’Għawdex it-tkabbir ta’ prodotti mingħajr l-użu ta’ pestiċidi ilu jiġi pprattikat. Dan għaliex il-bdiewa Għawdxin kienu minn ta’ l-ewwel li bdew jippromwovu t-tkabbir u l-bejgħ ta’ prodotti organiċi. Hija qalet li llum ilkoll nafu li qed jiżdiedu n-nies li jagħtu importanza lil mod ta’ kif ikunu mkabbrin ċerti ħxejjex u frott.
Il-Ministru George Pullicino qal li l-Gvern hu impenjat li jara li s-settur tal-biedja organika jibqa’ jikber u jinfirex. Hu qal li fil-jiem li għaddew, il-Gvern waqqaf l-ewwel Awtorita’ kompetenti għall-Agrikoltura Organika li se jkollha l-obbligu li tiċċertifika kif ukoll li tirregola l-esportazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ prodotti organiċi.
Il-Ministru Pullicino qal li l-Gvern qed jagħti wkoll assistenza teknika billi jsiru esperimenti fil-‘farm’ tal-Gvern fl-Għammieri kif ukoll permezz ta’ korsijiet ta’ taħriġ li jsiru kemm f’Malta kif ukoll barra.
Intant, f’Għawdex il-Ministru Giovanna Debono u l-Ministru George Pullicino żaru wkoll għelieqi li jinħadmu b’mod organiku kif ukoll impjant fejn ikun ipproċessat iż-żejt taż-żebbuġa u l-lumiċell, xarba magħmula minn lumi li jitkabbar f’Għawdex.
DOI – 20.10.2004
Ir-riżultati ta’ l-istħarriġ (il-valuri huma kollha f’perċentwali)
Mistoqsija
Malta
Għawdex
Malta u Għawdex
Iva
Le
Iva
Le
Iva
Le
Ġieli smajt bl-agrikultura organika?
58
42
49
51
56
44
Nies li jafu xi tfisser l-agrikultura organika
30
32
30
Qatt xtrajt prodotti organiċi?
13
87
7
93
12
88
Kemm min-nies intervistati jixtru prodotti organici regolarment
3.1
3.8
3.2
Jekk ikollok żewġ prodotti, wieħed organiku u l-ieħor le, liema tagħżel?
97
3
96
4
97
3
Lest li tħallas ftit iktar biex tixtri prodotti organiċi?
86
14
91
9
87
13
Li kieku kellek tixtri prodott organiku tippreferih frisk, proċessat jew it-tnejn?
89
frisk
2
proc
8
tnej
96
frisk
0
proc
4
tnej
90
frisk
2
proc
8
tnej
Prodott organiku tassoċjah ma prodott ta' kwalita jew le?
93
7
94
6
93
7
Gieli rajtu prodotti organiċi fis-supermarkets?
22
78
8
92
19
81
Taħseb li ssibhom faċli prodotti organiċi ġos-supermarkets?
5
95
4
96
5
95
Taħseb li s-supermarkets għandhom idaħħlu aktar minn dawn il-prodotti?
96
4
98
2
96.5
4.5
Taħseb li għandu jkun hawn aktar bdiewa li jkabbru bil-metodi organiċi?
91
9
98
2
92
8
Taħseb li għandhom jirnexxu dawn il-prodotti fis-suq Malti?
95
5
91
9
94
6
85.81 Kbytes Last Modified on 20th October, 2004
HOME | GOV.MT
HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946