ĦIDMA TAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO MAS-SELF-EMPLOYED U SIDIEN TA’ NEGOZJI ŻGĦAR
F’Laqgha li kellu s-Segretarju Parlamentari responsabbli mis-Self Employed mas-Segretarji tal-Kunsilli Lokali, l-Onor. Edwin Vassallo qal li issa kważi kull ftit ġimgħat qed jiltaqa’ mas-Segretarji tal-Kunsilli Lokali li għandhom is-swieq organizzati fil-lokalita’ tagħhom. Dawn il-laqgħat iservu tajjeb biex fihom ikun hemm qsim t’esperjenzi tal-ħidma tagħhom fir-rigward ta’ l-organizzazzjoni tas-swieq.
F’diskors qasir li ghamel l-Onor. Vassallo qal li “Dawn il-laqghat iservu wkoll biex is-Segretarji jitgħallmu minn xulxin u hekk naraw li jkollna ħidma kkordinata tajba. Is-swieq jeħtieġ li jkunu organizzati tajjeb. Il-bejjiegħa għandhom sa l-aħħar ta’ Ottubru biex jimlew il-formola ta’ l-awtorizzazzjoni tal-Kunsilli. Jekk bejjiegħ ma jkollux din l-awtorizzazzjoni, il-Kunsill ikollu jiddeċiedi biex ineħħi lil dak il-bejjiegħ mil-lista li kienet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern. Rigward dan, il-bejjiegħa qed tintbagħatilhom ittra biex dan kollu jkun spjegat lilhom.”
F’Laqgħa ohra li l-Onor. Vassallo kellu mas-Small Business and Crafts Directorate u t-Trade Licensing Unit, ġiet spjegata l-ħidma biex il-liġi tal-ħruġ tal-liċenzji tkun iżjed simplifikata. Issa bdiet ukoll diskussjoni esplorattiva fuq livell ta’ l-uffiċjali li qed joħorġu l-liċenzji jew jagħtu informazzjoni fuq il-liċenzji.
L-Onor. Vassallo qal li “l-iżjed ħaġa li ma rridx li tiġri hija li l-uffiċjali li għandhom dan ix-xogħol ikollhom interpretazzjoni differenti minn xulxin. Għalhekk, ma’ dawn l-uffiċjali, ser inkunu qed niddiskutu l-proposti tagħhom fejn huma wkoll jgħidulna fejn jaħsbu li jista’ jkun hemm simplifikazzjoni fil-liġijiet u proċeduri.”
F’Laqgħa ohra li kellu s-Segretarju Parlamentari Vassallo ma’ Vince Fabri mill-Bord tal-Koperattivi, huma ddiskutew dwar numru ta’ proposti li jindikaw kif il-bord tal-koperattivi qed iħejji biex ikompli jintroduċi l-kunċett tal-koperattivi fis-setturi differenti ta’ l-edukazzjoni.
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo qal li “Fil-fehma tiegħi dawn huma proposti tajbin u rrid nawgura li dawn il-proposti jinħadmu. Min-naħa tiegħi jien weghedt li nagħti kull għajnuna li hemm bżonn biex dawn il-proposti jkunu implimentati. Dawn huma proposti li permezz tagħhom nistgħu ngħidu li nkunu qegħdin nintroduċu l-kunċett ta’ taħriġ fl-imprenditorija fis-settur edukattiv.”
DOI – 15.10.2004
6.87 Kbytes Last Modified on 15th October, 2004
HOME | GOV.MT
HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH
Other Press Releases:
PR261946
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...
PR261945