STQARRIJA MILL-MINISTRU TA' L-EDUKAZZJONI, L-ONOR. LOUIS GALEA, DWAR RAPPORTI LI DEHRU F'SEZZJONI TAL-MEDIA B'KONNESSJONI MA' RIFORMI FIS-SISTEMA EDUKATTIVA
"Filwaqt li kulhadd jaqbel li s-sistema edukattiva f'Malta jehtieg tissahhah u ttejjeb il-kwalita`, hija tassew hasra li diga` jidhru sinjali li hawn min ghandu interess jaghmel abort ghal kull riforma mehtiega. Rapporti li dehru f'xi mezzi ta' komunikazzjoni huma mibnija fuq nuqqas ta' informazzjoni, misinformazzjoni sfaccata u sahansitra fuq invenzjonijiet. Jidher car li hemm ghanijiet ulterjuri li jaghmlu hsara kbira u qed jilaghbu bil-gejjieni ta' l-edukazzjoni ta' ulied il-poplu. Mela, biex hadd ma jkompli jaghmel hsara:
" Mhux veru li hemm xi proposta dwar self ta' Lm50 miljun biex titwaqqaf sistema ta' 'clustering' fl-iskejjel.
" Mhux veru li l-Ministru ta' l-Edukazzjoni kellu laqgha ma' xi hadd dwar ir-riformi fl-edukazzjoni "fejn issemmew cifri li din is-sistema se tigi tiswa` l-pajjiz 'l fuq minn Lm 50 miljun fuq ammont qasir ta' snin."
" Mhux veru li f'xi laqgha ntqal "li l-finanzjament se jsir billi l-Gvern jissellef".
" Mhux veru li "Il-Gvern irid johloq 'mostru'" meta ghadha ma tressqet l-ebda proposta formali quddiem il-Gvern u meta ghad iridu johorgu aktar dettalji f'dokument formali.
" Mhux veru li "l-Gvern jilghab bis-sistema edukattiva u jipprova jaghmel tibdil minghajr ma jara x'konsegwenzi se jkun hemm fuq l-edukazzjoni u fuq kollox fuq il-finanzi tal-pajjiz." Il-Ministeru janalizza s-sitwazzjoni prezenti u jwiezen tajjeb kull riforma li jipproponi, inkluzi l-finanzi mehtiega.
" Mhux veru li proposta li ggib l-iskejjel jahdmu flimkien (clusters) hi "mostru" jew li se twassal "ghal infieq kbir ta' flus biex is-sistema tkun tista` titwaqqaf u tahdem." Min qed jaghmel din l-allegazzjoni jidher li lanqas biss fehem il-kuncett u l-iskop tal-clusters.
" Mhux veru li r-riformi b'xi mod qed jahsbu ghal xi "privatizazzjoni ta' l-iskejjel". L-iskejjel tal-Gvern huma ta' l-Istat u ser jibqghu ta' l-Istat. Huma responsabbilita` tas-settur pubbliku u ser jibqghu responsabbilita` tas-settur pubbliku. Il-privatizzazzjoni ta' l-iskejjel qatt ma kienet ikkunsidrata.
" Mhux veru li l-President ta' l-MUT qal li l-idejat li qed jigu diskussi, s'issa internament, "resqin ghall-privatizzazzjoni ta' l-iskejjel" Dan stqarru l-istess President ta' l-MUT fl-ahhar laqgha li kellu mal-Ministru ta' l-Edukazzjoni.
" Mhux veru li hemm xi idea x'imkien li l-ghalliema ma jibqghux igawdu l-kondizzjonijiet tax-xoghol kif stabbilit fil-Ftehim Kollettiv ta' l-Ghalliema. L-ghalliema kollha jibqghu jgawdu l-kundizzjonijiet tax-xoghol u r-remunerazzjoni relatata, kundizzjonijiet mill-ahjar li akkwistaw matul amministrazjonijiet tal-Gvern prezenti, wara li tahom l-istatus professjonali li kien jixirqilhom.
" Mhux veru li l-Fondazzoni ghas-Servizzi Edukattivi se tassumi r-rwol ta' Regolatur. Il-Fondazzjoni ghas-Servizzi Edukattivi ghandha skopijiet specifici ta' support komplementari u supplementari ghall-hidma li ssir mill-iskejjel.
Mela, ghal xi allegazzjonijiet foloz li saru f'dawn ir-rapporti u biex l-ghalliema kollha u l-amministraturi ta' l-iskejjel tal-gvern jserrhu mohhom, il-fatti huma:
" L-iskejjel tal-Gvern ser jibqghu responsabbilita` tal-Gvern.
" L-ghalliema ser jibqghu responsabbilita` tal-Gvern u l-hlas isir minnu.
" L-ghalliema huma u jibqghu impjegati pubblici.
" Id-drittijiet vestiti ta' l-ghalliema kif stabbiliti fil-Ftehim Kollettiv jew minn ligijiet tal-pajjiz huma garantiti mill-Gvern u hadd qatt ma holom jew issuggerixxa li jpoggihom f'xi dubju.
" Il-manutenzjoni ta' l-iskejjel ta' l-istat ser tibqa` responsabbilita` tal-Gvern.
Kif hu dmir tieghi, il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni qed ifittex l-ahjar triq ghat-tishieh, titjib fil-kwalita` u mmodernizzar tas-sistema edukattiv ta' pajjizna.
Kulhadd jaf li fis-snin li ilni mmexxi dan il-Ministeru mxejt b'mod miftuh u b'diskussjoni u djalogu kontinwu ma' kull min hu involut. Dan se nkompli naghmlu.
Dwar ir-riformi li qed nahseb li huma mehtiega, mill-bidunett tal-kuncett u l-idejat, xi sena u nofs ilu bdejt insieheb lid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni, il-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni fl-Universita`, l-Malta Union of Teachers, minbarra ohrajn interessati, biex anke huma jaghtu kontribut mill-bidunett fit-tifsil u l-izvilupp ta' l-ideat. Dejjem sostnejt li l-ebda riformi ma jirnexxu jekk ma jkunx hemm djalogu nformat u oggettiv kontinwu dwar l-izvilupp ta' dawn il-proposti ta' riformi. Kunsens fost is-setturi nvoluti, inkluza l-Oppozizzjoni, jaghti l-ahjar rizultati. L-edukazzjoni hi responsabbilta' ta' kulhadd.
Il-Ministeru ghad irid imur ghand il-Kabinett bil-proposti li jlahhmu l-politika li kien diga' stqarr il-Gvern fid-Diskors tal-President, fil-bidu tal-legislatura. Il-Ministeru ser jipproponi li jigi ppubblikat dokument ghad-diskussjoni pubblika dwar il-proposti tal-Ministeru. B'hekk ikun hemm kull opportunita` li kulhadd jifhem il-proposti, niccaraw id-dubji, niddiskutu l-kwestjonijiet li jinqalghu, u nippruvaw insibu l-ahjar kunsens ghat-titjib fis-sistema. Jigifieri kull proposta se tghaddi minn process shih sakemm johrog l-ahhar u l-ahjar pjan ghat-twettiq tar-rigenerazzjoni tas-sistema edukattiv.
Kull spekulazzjoni bhalissa, hsara biss tista' taghmel. Ir-rapporti li deheru fil-mezzi ta' l-informazzjoni f'dawn il-jumejn huma biss attentat biex iwaqqfu hesrem dan il-process ta' djalogu, billi permezz ta' gideb u misinformazzjoni, jizvijaw u jisfrattaw diskussjoni nformata u oggettiva li tiggarantixxi l-ahjar sistema edukattiv li minnha jgawdu sew l-ghalliema, kif ukoll ulied il-poplu u l-pajjiz kollu.
Il-Ministeru jemmen li hemm hafna x'jissewwa, x'jitjieb, u x'jinbidel fis-sistema edukattiv. Min hu favur ghandu juri dan bil-fatti, billi jkollu dispozizzjoni genwina favur djalogu bla pregudizzji, mhux biex naqblu fuq kollox, izda biex insahhu dak li naqblu fuqu u biex nipprovaw insibu l-ahjar soluzzjonijiet fuq dak li ma jkunx hemm qbil dwaru.
Peress li l-hsieb tieghi hu li nressaq proposta ta' dokument ghall-pubblikazzjoni li jkun fih dettalji dwar ir-riformi li nemmen li huma ta' gid ghall-iskejjel Maltin u Ghawdxin, mhux ser nidhol biex nikkumenta f'dan l-istadju dwar il-mertu tal-proposti. Dan ikolli l-opportunita` naghmlu kullimkien, inkluz fil-Parlament, meta l-process tad-djalogu li beda internament jinfetah ghall-pubbliku.
Tkun tassew hasra jekk, jew ghal ragunijiet dojoq partiggjani jew ghal interessi ohra, jinqatel dan il-process ta' djalogu dwar ir-rigenerazzjoni tas-sistema edukattiva, meta ghadu bilkemm twieled.
DOI - 15.10.2004
9.35 Kbytes Last Modified on 15th October, 2004
HOME | GOV.MT
HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH
Other Press Releases:
PR261946
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...
PR261945