Left arrow Go Back

MIĊĦUDA INFORMAZZJONI BLA BAŻI LI DEHRET FIL-ĠURNAL “L-ORIZZONT” DWAR GĦELUQ TA’ LUKANDA FIL-QAWRA

PR1609
Date Icon 15/10/2004

Wara r-rapport li deher fil-ħarġa ta’ “l-orizzont” tal-lum 15 ta’ Ottubru, dwar l-għeluq ta’ lukanda fil-Qawra, id-Diviżjoni tas-Saħħa tħoss il-ħtieġa li tinforma lill-pubbliku li l-informazzjoni mogħtija mill-istess ġurnal, hija assolutament bla bażi.  

Id-Diviżjoni tas-Saħħa tiċħad bil-qawwa kollha li xi turisti lmentaw minn xi uġiegħ fil-pulmun jew li ddaħlu fl-isptar San Luqa b’sintomi tal-marda Legionella.  

Id-Diviżjoni tas-Saħħa tiddeplora bil-qawwa kollha dan ir-rapportaġġ u titlob lill-ġurnali biex ikunu aktar responsabbli fir-rapportaġġ dwar materji fil-qasam tas-saħħa, għax dan jista’ jallarma l-pubbliku bla bżonn.  

DOI – 15.10.2004

2.67 Kbytes Last Modified on 15th October, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

More Press Releases Right arrow