TNEDIJA TA’ L-ISKEMA GĦALL-KONSERVAZZJONI TA’ SPEĊI AWTOKTONI – KONSERVAZZJONI TAL-BARRI/BAQRA MALTIJA, TAĦT L-ISKEMA AGRO-AMBJENTALI
Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent qiegħed iniedi skema għal-Konservazzjoni tal-Barri/Baqra Maltija skond il-Pjan ta’ l-Iżvilupp Rurali.
Għalhekk raħħala jew entitajiet legali rreġistrati mad-Diviżjoni ta’ l-Ikel u Servizzi Veterinarji (FVRD) u li jrabbu l-Barri/Baqra Maltija ċċertifikati mit-Taqsima tat-Trobbija tal-Annimali, fl-Għammieri, huma mħeġġa japplikaw.
Il-Formola ta’ l-applikazzjoniji flimkien ma’ tagħrif dettaljat dwar din l-iskema jistgħu jinkisbu mill-uffiċju tad-Dipartiment ta’ l-Iżvilupp Rurali ġewwa Block A, fiċ-Ċentru Nazzjonali għar-Ricerka u Żvilupp fl-Agrikoltura, l-Għammieri, il-Marsa jew mill-Uffiċċju ta’ l-IACS, ir-Rabat Għawdex bejn it-Tnejn u l-Gimgħa, (7.00 a.m sat-3.00 p.m.).
Applikazzjonijiet jibqgħu jintlaqgħu sat-22 ta’ Ottubru 2004.
DOI – 14.10.2004
2.47 Kbytes Last Modified on 14th October, 2004
HOME | GOV.MT
HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH
Other Press Releases:
PR261946
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...
PR261945