IL-MINISTRU TAT-TURIŻMU JŻUR ID-DRAGONARA CASINO
PR16
09/01/2004
Il-Ministru għat-Turiżmu, l-Onor. Dr. Francis Zammit Dimech ghamel żjara lid-Dragonara Casinò, fejn ġie milqugħ minn Pierre Zammit u Peter Borg Olivier, li kienu qed jirrappreżentaw il-management ta’ l-istess casinò.
Francis Zammit Dimech, li kien qed iżur id-Dragonara Casinò għall-ewwel darba minn mindu nħatar Ministru għat-Turiżmu, ikkummenta b’mod pożittiv dwar in-numru ta’ viżitaturi lokali u barranin li kienu qeghdin iżuru l-casinò.
Hu feraħ lill-management għal-livell għoli ta’ servizz li kien qed jagħti fil-qasam tal-logħob kif ukoll fil-qasam ta’ l-ikel u x-xorb.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en