TILTAQA’ GĦALL-EWWEL DARBA L-KUMMISSJONI DWAR L-EKO-KONTRIBUZZJONI
Il-Kummissjoni dwar l-Eko-kontribuzzjoni ltaqgħet il-bierah għall-ewwel darba.
Il-Kummissjoni tinkludi rappreżentant mill-Kamra tal-Kummerċ, mill-Federazzjoni tal-Industrija u mill-GRTU; rappreżentant tad-Dipartiment tal-VAT, ieħor mill-Ministeru għall-Finanzi, rappreżentant mill-Wasteserv, rappreżentant mill-MEPA u rappreżentant mill-għaqdiet ambjentali.
L-għan tal-Kummissjoni hu biex tanalizza, u tagħti pariri fuq, l-introduzzjoni u t-tħaddim ta' skemi privati ta' rkupru ta' l-iskart, sew ġenerali kif ukoll settorjali, u kif dawn l-istess skemi għandhom ikunu mħaddma skond il-prinċipji stabbiliti fl-Att dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent, u r-regolamenti maħruġa taħt l-istess Att, kif ukoll l-Att dwar l-Eko-kontribuzzjoni;
Il-Kummissjoni trid tagħmel analiżi ta’ kif il-liġi tkun qed tiġi implimentata u inforzata, u tipproponi, jekk ikun hemm il-ħtieġa, miżuri kif l-amministrazzjoni tal-liġi għandha titjieb mingħajr burokrazija żejda.
Il-Kummissjoni għandha wkoll l-iskop li tagħti pariri dwar regolamenti u avviżi legali li jkunu ser joħorġu taħt l-Att dwar l-Eko-kontribuzzjoni.
Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lura lill-Gvern sa l-aħħar ta' Novembru li ġej.
Intant, matul l-ewwel laqgħa tal-Kummissjoni intlaħaq qbil biex dawk l-individwi jew entitajiet li huma interessati li jħaddmu skemi ta’ rkuprar (recovery schemes), biex jinfurmaw lill-Kummissjoni sa’ l-aħħar ta’ Ottubru bil-proposta tagħhom.
DOI - 13.10.2004
4.98 Kbytes Last Modified on 13th October, 2004
HOME | GOV.MT
HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH
Other Press Releases:
PR261946
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...
PR261945