Left arrow Go Back

INAWGURATA BREASTFEEDING WALK-IN CLINIC FL-ISPTAR KAREN GRECH

PR1582
Date Icon 12/10/2004

Malta tinsab fuq quddiem nett fost il-pajjiżi kollha fejn jirrigwardja l-anqas numru ta’ mwiet fost it-tfal.  Dan joħroġ minn rapport dinji maħruġ mill-UNICEF li ngħata pubbliċità mill-organizzazzjoni tal-Ġnus Magħquda.  

Ir-rapport jgħid ukoll li Malta rnexxiela tagħmel qabża drammatika fin-numru ta’ mwiet fost it-tfal taħt il-ħames snin, minn 14 għal kull 1,000 fl-1990 għal 5 fl-2002.  Dan ir-rapport jikkomparana ma’ pajjiżi ferm akbar minnha li l-ispiża tagħhom fil-qasam tal-kura tas-saħħa tisboq lil dik tagħna.  Il-progress ta’ Malta , li hu l-aktar wieħed għoli hu ta’ 8.6 fil-mija.  

Dan qalu Dr. Louis Deguara, Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità meta kien qieghed jinawgura l-Breastfeeding Walk-In Clinic fl-isptar Karen Grech.  Dan huwa servizz ġdid li kien hemm domanda għalih u li minnu se jgawdu bosta ommijiet fl-ewwel ġranet wara li jwelldu.  Is-servizzi li jingħataw fl-isptar Karen Grech huma ta’ l-ogħla kwalità u r-rapport tal-UNICEF hu prova ta’ dan.  Fis-swali tal-maternità wieħed isib staff dedikat li jaqdu d-doveri tagħhom bl-akbar għożża.  Dan irid jingħad biex ħadd ma jaħseb li l-affarijiet jaqgħu mis-sema.  

Id-Diviżjojni tas-Saħħa permezz ta’ l-istaff fid-Dipartiment tall-maternità u d-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa ilhom impenjati f’kampanja biex it-trabi jingħataw ħalib ta’ l-omm.  Id-Dipartiment ħa diversi inizjattivi però komparati ma’ pajjiżi oħra għadna lura fin-numru ta’ nisa li jreddgħu.  Barra minn Malta wieħed isib kliniċi apposta biex jgħinu lil ommijiet fid-diffikultajiet tagħhom.  Ħafna nisa Maltin jegħlbu dawn id-diffikultajiet billi jaqilbu mill-ewwel għall-ħalib artifiċjali.  Mill-lum ’l quddiem dawk li jkollhom tarbija se jkollhom faċilità li jiġu hawnhekk u jsibu nies kwalifikati biex jgħinuhom kompla jgħid il-Ministru.  

Biex seta jibda dan is-servizz taw l-għajnuna kemm l-istaff kif ukoll għaqdiet mhux governattivi.  Il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità dejjem iħajjar biex aktar għaqdiet mhux governattivi jkunu parteċipi mal-gvern biex is-servizzi ta’ kura jilħqu livelli dejjem ogħla.  Il-Ministru rringrazzja lil dawk kollha li taw il-kontribut tagħhom u appella lill-ommijiet biex filwaqt li jużaw dan is-servizz ġdid jagħmlu ħilithom kollha biex jagħtu lit-trabi tagħhom ħalib ta’ l-omm.  

Preżenti għall-inawgurazzjoni ta’ dan is-servizz ġdid kien hemm Ms. Clare Kedves, speċjalista dwar it-tredieh minn Kings College Hospital ta’ Londra.  

DOI - 12.10.2004

7.85 Kbytes Last Modified on 12th October, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

More Press Releases Right arrow