TRASFERIMENTI TAL-BASTIMENTI TAS-SAJD
Ir-regolamenti dwar il-Bastimenti tas-Sajd, li ħarġu permezz ta’ l-Avviż Legali numru 407 ta’ l-2004, u li ġew ippublikati fl-14 ta’ Settembru, 2004, jitolbu bidla fin-numri tar-reġistrazzjoni tal-bastimenti, fil-miżati tal-liċenzji u fil-proċeduri tat-trasferimenti, fost affarijiet oħra.
Minħabba f’hekk, it-trasferimenti tal-bastimenti tas-sajd kolla huma miżmuma b’effett immedjat sa’ l-aħħar ta’ Frar, 2005.
F’dan il-perjodu, kull sid ta’ bastiment ser jiġi avżat individwalment bin-numru l-ġdid, id-daqs tan-numru li jrid jitwaħħal mal-bastiment, l-estensjoni taż-żona tas-sajd li jista’ juża, il-ħlas dovut għal-liċenzja u l-valur minimu ta’ qabda li tippermettilu jżomm il-kategorija tiegħu.
DOI – 12.10.2004
2.84 Kbytes Last Modified on 12th October, 2004
HOME | GOV.MT
HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH
Other Press Releases:
PR261946
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...
PR261945