Left arrow Go Back

WIRJA B’VALUR ARTISTIKU U STORIKU

PR1579
Date Icon 11/10/2004

Fl-1947 Willie Apap, flimkien ma’ għadd ta’ Maltin oħra, inġiebu lura mill-Italja. Willie Apap, flimkien ma’ dawn il-Maltin, sabu rwiehhom fl-Italja meta faqqgħet it-Tieni Gwerra Dinjija u taw il-passaport Ingliż tagħhom lill-awtoritajiet Taljani.  Fl-aħħar tal-gwerra nġiebu Malta u ġew akkużati bi tradiment.  

Il-Maġistrat, dak iż-żmien avukat, Giovanni Filiberto Gouder kien id-difensur ta’ Willie Apap flimkien ma’ persuna oħra li kien inġieb Malta miegħu. Waqt il-proċedimenti Willie Apap għamel disinji u karikaturi tal-persuni li kien jara fis-sala – ġurati, imħallfin, avukati difensuri, prosekuturi, xhieda u nies li kienu fis-sala.  

Willie Apap, flimkien ma’ l-akkużati l-oħra, ma nstabux ħatja u ġew illiberati. Wara l-ġuri hu ta d-disinji u l-karikaturi lill-avukat difensur. Wara li l-Maġistrat Gouder miet, ulied il-Magistrat dehrilhom li dawn id-disinji mhux biss kellhom valur artistiku għoli iżda kienu parti mill-istorja ta’ pajjiżna u għalhekk iddeċidew li jagħtuhom lin-Nazzjon Malti.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura  Francis Zammit Dimech inawgura wirja ta’ dawn id-disinji li ttellgħet fl-okkażjoni tal-għotja formali tagħhom mill-familja tal-Maġistrat Giovanni Gouder lin-nazzjon Malti. Francis Zammit Dimech qal li wirjiet bħal din huma ta’ min jinkoraġġihom għaliex jżewwġu l-arti ma’ l-istorja li flimkien jiddistingwuna minn pajjiżi oħra.  

“Willie Apap ħallilna xogħlijiet artistiċi kbar li jagħmlu unur lilu u lill-pajjiżna. Fil-każ ta’ dawn id-disinji, l-valur tagħhom hu ferm ogħla għax jimmarkaw episodju mportanti fl-istorja ta’ pajjiżna u ta’ l-Ewropa – it-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija segwit mill-bidu ta’ l-Unjoni Ewropea li fisser il-bidu ta’ l-era tal-paċi fl-Ewropa,” tenna l-Ministru għat-Turiżmu u Kultura.

DOI - 11.10.2004

4.79 Kbytes Last Modified on 12th October, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

More Press Releases Right arrow