APPARAT SPEĊJALIZZAT GĦAS-SMIEGĦ
PR1565
08/10/2004
Riċentement fuq il-media kien issemma’ n-nuqqas ta’ provista ta’ apparat speċjaliżżat għas-smiegħ. Id-Diviżjoni tas-Saħħa kienet spjegat is-sitwazzjoni u kkommettiet ruħha li se tagħmel dak kollu possibbli biex id-diversi persuni li jinħtieġu dan l-apparat ikunu moqdija fl-iqsar żmien possibbli.
Id-Diviżjoni tas-Saħħa tixtieq tinforma lil dawk il-persuni li jbatu severament min-nuqqas ta’ smiegħ li dan l-apparat issa nxtara u wasal l-iSptar San Luqa.
Immedjatament id-Dipartiment ta’ l-ENT se jibda jinforma lill-pazjenti biex jiġi iffissat appuntament biex jingħataw dan l-apparat.
DOI – 08.10.2004
2.25 Kbytes Last Modified on 08th October, 2004
HOME | GOV.MT
HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH
Other Press Releases:
PR261946
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...
PR261945