Left arrow Go Back

IŻJED MINN 3,000 LIĊENZJA TAN-NEGOZJU MAĦRUĠA MIT-TRADE LICENSING UNIT

PR1547
Date Icon 06/10/2004

Press Releases

IŻJED MINN 3,000 LIĊENZJA TAN-NEGOZJU MAĦRUĠA MIT-TRADE LICENSING UNIT

Waqt żjara fin-negozji tal-lokalita` ta’ Ta’ Xbiex, is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, ħabbar statistika ta’ kemm ġew ipproċessati  u finalizzati applikazzjonijiet għal-liċenzji tan-negozju (ara Tabella 1).  

B’kollox, minn Mejju 2002 sa Awissu ta’ din is-sena, it-Trade Licensing Unit ipproċessa 3087 applikazzjoni għal-liċenzja.  Minn Jannar sa Awissu ta’ din is-sena ġew ipproċessati 1089.  Bejn Mejju 2002 u Awissu 2004, l-applikazzjonijiet ġodda kienu 2415, filwaqt li bejn Jannar 2004 u Awissu 2004 dawn kienu 754.  Mill-applikazzjonijiet li ġew ipproċessati bejn Mejju 2002 sa Awissu 2004 u bejn Jannar u Awissu ta’ din is-sena, gew ipproċessati rispettivament 1002 u 269 applikazzjoni, fejn qabel qatt ma kien hemm negozju.  Fost l-applikazzjonijiet ipproċessati kien hemm 414 kanċellazzjoni bejn Mejju 2002 u Awissu 2004, u 249 kanċellazzjoni bejn Jannar u Awissu 2004.  Hawn tajjeb li wieħed jinnota li ħafna minn dawk li talbu l-kanċellazzjoni ta’ liċenzja mhux bilfors għalqu n-negozju tagħhom iżda setgħu kienu mitluba li jikkanċellaw il-liċenzja għaliex kien hemm xi bidla fis-sid tan-negozju u oħrajn kellhom jitolbu l-approvazzjoni tal-kanċellazzjoni tal-liċenzja biex ikunu jistgħu jieħdu l-pensjoni.  Ovvjament kien hemm wkoll xi negozji li għalqu.  Iżda f’dan il-qasam ir-‘rate of failure’ m’hix waħda li tista’ tiġi notata u dan għaliex filwaqt li s-sid jista’ jinbidel, in-negozju bħala sit (ħanut, fabbrika, eċċ) jerġa’ jinfetaħ minn ħaddieħor.  

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo qal li din l-istatistika turi kemm f’dan il-pajjiż kapaċi naraw l-attivita` kummerċjali tikber.  Dan jigri kemm-il darba inkomplu naħdmu flimkien biex nissimplifikaw il-proċeduri, innaqqsu il-burokrazija, u naraw li jkollna negozji kompetittivi li lkoll flimkien jgħinu biex jaghmlu ’l pajjiżna  aktar kompetittiv.  

Din is-simplifikazzjoni fil-procedura ta’ l-għotja tal-licenzji tan-negozju wasslet biex bejn Mejju 2002 u Awissu 2004 kien hemm mat-3,000 negozju ġdid, iżda s-Segretarju Parlamentari qal li jista’ jkun hemm lok biex din il-proċedura tiġi simplifikata iżjed.  Fil-fatt, is-Segretarju Parlamentari għamel numru ta’ proposti biex jiġu diskussi mis-Settur Kummercjali f’fażi ta’ Konsultazzjoni bil-ħsieb li naraw:  

·        Jekk wasalx iż-żmien li f’pajjiżna naċċettaw li ċertu setturi ta’ negozju jkunu jistgħu jibdew jaħdmu bil-permess tal-MEPA biss, mingħajr il-bżonn tal-liċenzja tan-negozju billi mbagħad jirreġistraw l-attivita` kummerċjali tagħhom wara li jkunu bdew joperaw.  

·        Liema huma dawk is-setturi ta’ negozju li jistgħu jgħaddu mingħajr il-liċenzja tan-negozju iżda bil-permess tal-MEPA biss.  

·        Fejn għad għandna bżonn ta’ sistema ta’ reġistrazzjoni ta’ negozji u fejn jibqa’ l-bżonn ta’ sistema ta’ ħrug tal-liċenżji tan-negozji.  

·        Jekk ikunx aktar sostenibbli li ċertu Dipartimenti jew Awtoritajiet, filwaqt li jibqgħu joħorġu l-liċenzja tan-negozju ta’ ċertu setturi, għandhomx ikollhom lit-Trade Licensing Unit jaħdem bħala aġent għalihom.  B’dan il-mod l-applikazzjonijiet ikunu jistgħu jsiru f’post wieħed minflok f’diversi uffiċċji differenti.  

·        Jekk għandux ikun hemm emendi fil-liġijiet differenti li bihom jinħarġu liċenżji tan-negozju, bil-ħsieb li jkollna liġi waħda li tirregola l-ħruġ tal-liċenzji għas-setturi kollha.  

Is-Segretarju Parlamentari fakkar li l-ħruġ tal-liċenzji tan-negozju ilhom biss sentejn f’idejn it-Trade Licensing Unit.  Qabel kienet il-Pulizija li kienet tipproċessa dawn l-applikazzjonijiet, u mhux kull applikazzjoni kienet tiġi aċċettata.  Is-sistema tal-ħruġ tal-liċenzji tan-negozju kif applikata mit-TLU diġa saret taħdem daqs li kieku kienet sistema ta’ reġistrazzjoni ta’ negozju.  Dan għaliex kemm ilha titħaddem din is-sistema, l-ebda applikazzjoni ma ġiet rifjutata.  Dan wassal biex juri li f’pajjiżna għandna prova ċara li meta tonqos il-burokrazija il-kummerċ jaħdem iżjed u aħjar, u meta il-kummerċ jikber igawdi l-pajjiż kollu.  

DOI – 06.10.2004

TABELLA 1.

Permessi Maħruġa

Mejju 2002 – Awissu 2004

Jannar 2004 – Awissu 2004

Applikazzjonijiet mingħajr il-permess tal-MEPA

17

4

Applikazzjonijiet ġodda li diġa kellhom il-permess tal-MEPA

985

265

Bdil ta’ l-attivita` bil-permess tal-MEPA

51

14

Bdil ta’ sid in-negozju

549

195

Bdil ta’ idejn tan-negozju permezz ta’ wirt

52

26

Bdil tal-ġeneru tan-negozju mingħajr il-bżonn tal-permess tal-MEPA

130

51

Street Hawkers

271

91

Market Hawkers

360

108

Total Applikazzjonijiet għal negozju ġdid

2415

754

Complete data for Trading Licences Issued:  

Trading Licences/Notifications issued, transferred or cancelled during January 2004 – August 2004

Form/ File Reference

Type of Application

Licences/

Notifications issued

A

New application without MEPA permit

4

B

Change to new system

11

C

New application having MEPA permit

265

D

Change of activity with MEPA permit

14

E

Transfer (inter-vivos)

195

F

Transfer by inheritance

26

G

Cancellation

249

H

Street hawkers

91

I

Market hawkers

108

J

Substitute hawkers

23

K

Late night shopping

7

L

Grocers opening on Sundays/Public Holidays

8

M

Car boot sales

2

N

Commercial fairs

11

O

Change of use without MEPA  permit

51

CD/3219/02

Extension of business hours up to 4.00 am

24

Application to register a commercial activity

0

 Trading Licences/Notifications issued, transferred or cancelled during May 2002 – August 2004

Form/ File Reference

Type of Application

Licences/

Notifications issued

A

New application without MEPA permit

17

B

Change to new system

51

C

New application having MEPA permit

985

D

Change of activity with MEPA permit

51

E

Transfer (inter-vivos)

549

F

Transfer by inheritance

52

G

Cancellation

414

H

Street hawkers

271

I

Market hawkers

360

J

Substitute hawkers

23

K

Late night shopping

39

L

Grocers opening on Sundays/Public Holidays

20

M

Car boot sales

28

N

Commercial fairs

40

O

Change of use without MEPA  permit

130

CD/3219/02

Extension of business hours up to 4.00 am

57

Application to register a commercial activity

0

108.76 Kbytes Last Modified on 06th October, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

More Press Releases Right arrow