Left arrow Go Back

MESSAĠĠ MILL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT FL-OKKAŻJONI TAL-JUM DINJI GĦALL-ĦARSIEN TA’ L-ANNIMALI

PR1536
Date Icon 04/10/2004

Impenn tal-Gvern favur trattament aħjar għall-annimali  

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għall-Ħarsien ta’ l-Annimali, il-Gvern irid jirriafferma l-impenn tiegħu sabiex f’pajjiżna jkompli jikber l-għarfien favur trattament xieraq lill-annimali.  

L-impenn tal-Gvern favur ħarsien u trattament aħjar lill-annimali ilu jkun enfasizzat u xhieda ta’ dan kien it-twaqqif ta’ l-ewwel Kunsill għat-Trattament Xieraq ta’ l-Annimali (Animal Welfare Council) li f’dawn il-jiem għalaq sena mit-twaqqif tiegħu.  Dan il-Kunsill jinkludi fih rappreżentanti ta’ għaqdiet minn diversi setturi tas-soċjeta’ li b’xi mod għandhom x’jaqsmu mat-trattament ta’ l-annimali sabiex ikun hemm ferm aktar ko-ordinazzjoni bejn dawn l-għaqdiet.   

Il-ħidma tal-Kunsill fl-ewwel xhur kienet tikkonsisti l-aktar f’ħidma sabiex f’pajjiżna jkollna qafas leġislattiv li jservi ta’ bażi għal tnedija ta’ regolamenti u infurzar fis-settur tal-ħarsien ta’ l-annimali.  

Fuq kollox, fl-okkażjoni ta’ dan il-Jum, irrid nirringrazzja lin-numru dejjem akbar ta’ voluntiera li qed jiddedikaw tant ħin u enerġija permezz ta’ l-impenn dirett tagħhom fl-għaqdiet volontarji favur il-ħarsien ta’ l-annimali. Il-Gvern jappella biex dawn l-għaqdiet jgħaqqdu l-isforzi tagħhom u dan għandu jkun ta’ priorita’ fil-ħdima tagħhom.   

Bħalma għamel fix-xhur li għaddew, il-Gvern se jkompli jagħti importanza lill-aspett edukattiv u dan b’kampanji ta’ informazzjoni fil-mezzi tax-xandir, inkluż spots edukattivi.  

Il-Gvern irid itenni li jinħtieġ l-impenn ta’ kulħadd biex f’pajjiżna ngħollu l-livell ta’ trattament għall-annimali.  Il-mod ta’ kif aħna nitrattaw l-annimali huwa mera tal-livell ta’ ċivilta’ u edukazzjoni tal-poplu.

DOI – 04.10.2004

5.76 Kbytes Last Modified on 04th October, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

More Press Releases Right arrow