Left arrow Go Back

L-EWWEL KONFERENZA NAZZJONALI GĦALL-PROFESSJONISTI FIL-QASAM TAL-COUNSELLING

PR1528
Date Icon 04/10/2004

L-assoċjazzjoni Maltija għall-Professjoni tal-Counsellors qed tlaqqa’ l-ewwel konferenza nazzjonali għall-professjonisti f’dan il-qasam.  It-tema magħżula għal din il-konferenza hi ‘l-Isfidi Etiċi fil-Counselling taż-Żgħażagħ’.   

           ·           Il-konferenza nazzjonali hi parti minn ġimgħa sħiħa ta’ laqgħat u workshops dwar

            temi differenti li jinkludu:    

·           il-counselling taż-żgħażagħ li qed isofru minn dipressjoni, 

·           il-counselling taż-żgħażagħ meta jkun hemm separazzjoni bejn il-ġenituri, 

            kwistjonijiet etiċi f’pajjiż żghir bħal tagħna, u 

·          l-counselling ta’ tfal li jkunu abbużati.

Fost diversi kelliema esperti f’dan il-qasam kien hemm ukoll Dr Tim Bond mill-Ingilterra li għandu esperjenza twila f’dan il-qasam u kien involut fl-assoċjazzjoni tal-counsellors f’pajjiżu kif ukoll kiteb diversi xogħlijiet u rapporti li għandhom x’jaqsmu mal-Counselling.  Bħalissa fil-qasam ta’ l-iskejjel ta’ l-istat hemm mas-17-il counsellor u mal-100 guidance teacher filwaqt li fl-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti hemm diversi oħrajn. 

Waqt il-ftuħ tal-Konferenza, il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Louis Galea qal li l-counselling fl-iskejjel hu meqjus bħala servizz importanti għall-istudenti u l-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni hu determinat li jiżviluppa dan is-servizz aktar biex joffri servizz ta’ kwalita’ għolja u li jindiriżża l-bżonnijiet ta’ l-istudenti tal-lum.  ‘L-istudenti jqattgħu numru ta’ siegħat mhux ħażin fl-iskejjel tagħna u għalhekk l-iskejjel iridu joffru servizz aċċessibbli u viżibbli li jistgħu jirrikorru għalih fil-ħin ta’ l-iskola.’

Il-Ministru qal li għalkemm l-iskejjel għandhom sehem importanti fl-appoġġ li jagħtu lill-istudenti m’għandhomx ikunu l-uniku sors ta’ din l-għajnuna.  L-iskola trid tkun parti minn firxa ta’ servizzi usa li l-komunita’ trid toffri lill-membri żgħażagħ tagħha.

Louis Galea tenna li s’issa il-guidance u l-counselling hu offrut mill-istess persuni u għalhekk ikun hemm każi fejn il- counselling isofri minħabba emfasi aktar fuq il-guidance u viċi versa. “Wasal iż-żmien li nibdew inħarsu lejn dawn iż-żewġ professjonijiet individwalment, naraw x’inhuma l-bżonnijiet ta’ kull qasam, u noħolqu strutturi li joffru servizz ta’ kwalita’ u effettiv.  Irridu wkoll naraw kif se ntejbu l-opportunitajiet ta’ taħriġ għall-counsellors peress li s’issa l-Universita’ qed toffri biss taħriġ sal-livell ta’ post-graduate diploma. Dan hemm bżonn li nagħmluħ jekk irridu noffru guidance u counselling li jindirizza l-ħtiġijiet ekonomiċi u soċjali ta’ pajjiżna.”

Il-Ministru temm jgħid li hi l-mira tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni li tiġi evalwata s-sitwazzjoni bl-iskop li tinħoloq politika u struttura ċara li bihom il-counsellors jistgħu jaħdmu b’aktar effiċjenza u jkunu aktar effettivi.  Il-counselling jifforma parti mill-provvediment ta’ edukazzjoni ta’ kwalita’ li għaliha qed naħdmu.  F’dan il-qasam irridu naraw ukoll li filwaqt li nipprovdu strutturi u politika aktar flessibbli, ikun hemm sistema ta’ verifika biex niżguraw li s-servizz li qed jingħata hu fil-fatt ta’ l-ogħla kwalita`.  “Il-mira tagħna tibqa dejjem edukazzjoni ta’ kwalita’ għal kulħadd, il-counselling jista jgħin biex l-istudenti jiksbu standards ogħla ta’ tagħlim permezz ta’ aktar fiduċja fihom infushom, ottimiżmu, rispett għall-oħrajn u l-kisba ta’ l-eċċellenza.”  

                                                                                                                                 .../speech

DOI – 04.10.2004

12.04 Kbytes Last Modified on 04th October, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI  Qed jiġi żviluppat smart work station biex xogħol relatat mal-manifattura jsir aktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità

PR261944

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

More Press Releases Right arrow