INAWGURAT UFFIĊJALMENT IL-PROĠETT TA’ RESTAWR TAL-FAĊĊATA TAL-KNISJA TAL-VITORJA FIL-BELT VALLETTA
Il-Proġett ta’ restawr tal-faċċata tal-Knisja tal-Vitorja fil-Belt Valletta , kien uffiċjalment inawgurat mill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura l-Perit Ninu Zammit. Ir-restawr tal-faċċata huwa parti minnproġett sħiħ ta’ restawr għal din il-Knisja, liema restawr qiegħed isir f’diversi fażijiet.
· Fl-ewwel fażi kienet ġiet restawrata d-dar tal-Kappillan u saru l-istudji neċessarji għar-restawr tal-pittura tas-saqaf tal-Knisja.
· Fit-tieni fazi ġie restawrat il-bust tal-bronz u l-irħam li hemm fuq il-faċċata u sar xogħol fuq is-saqaf tal-Knisja.
· Fit-tielet fażi ġiet restawrata l-faċċata kollha tal-Knisja.
· Fir-raba` fażi li għandha tibda s-sena d-dieħla se jibda jsir restawr tal-pittura tas-saqaf.
Il-Ministru Ninu Zammit irringrazzja lil ‘Din l-Art Ħelwa’ u PriceWaterhouse Coopers għal għajnuna siewja tagħhom biex dan il-proġett seta` jitwettaq. L-ispiża totali ta’ dan ir-restawr ammontat għal Lm35,000.
Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura stqarr li r-restawr ta’ din il-faċċata importanti huwa parti minn sensiela sħiħa ta’ proġett ta’ restawr li qed isiru taħt id-direzzjoni ta’ żewġ sezzjonijiet fil-Ministeru, jiġifieri l-Proġetti ta’ Riabilitazzjoni u l-Unit ta’ Restawr. Proġetti oħrajn ta’ restawr qed isiru fil-Belt Valletta , il-Kottonera u nħawi oħra bħal kappella ta’ San Girgor fiż-Zejtun, il-kappella ta’ Sarria fil-Floriana, xogħlijiet fil-Ġnien ta’ l-Argotti u fil-Palazz ġewwa l-Belt Valletta .
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qed jinvesti ħafna f’dak li hu taħriġ għall-ħaddiema tal-Gvern, kemm fl-Universita` permezz ta’ sehem fil-programm ta’ studji barrokki u kemm b’korsijiet oħrajn. Dan juri l-impenn tal-Gvern sabiex jippreserva l-wirt storiku kbir li għandu pajjiżna.
Other Press Releases:
PR261945
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...
PR261944