Left arrow Go Back

INIZJATTIVI BIEX IL-CAR FREE DAY TITJIEB U TKOMPLI TIKBER

PR1455
Date Icon 24/09/2004

Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent irid għal darb’oħra jirringrazzja lil kull min ta s-sehem tiegħu u pparteċipa fl-inizjattiva ta’ Car Free Day għal din is-sena.

Kif ingħad drabi oħra, din hi inizjattiva pożittiva li minbarra li tgħaqqad lil pajjiżna ma’ numru dejjem jikber ta’ pajjiżi madwar id-dinja kollha, twassal ukoll biex għal jum wieħed fis-sena, il-bniedem jieħu lura t-toroq li għall-bqija tas-sena jkunu ddominati mit-traffiku.  

Il-Gvern hu impenjat li jara li din l-inizjattiva tibqa’ ssir b’mod regolari fil-kalendarju ta’ attivitajiet ta’ pajjiżna u għal dan il-għan qed jistieden lil għaqdiet mhux Governattivi u lill-pubbliku in ġenerali biex iwassal il-kummenti u s-suġġerimenti sabiex l-inizjattiva tkompli titjieb u fuq kollox tikber.  

Dawn il-kummenti jistgħu jintbagħtu permezz ta’ sezzjoni apposta mill-website www.mrae.gov.mt, permezz ta’ l-email mobility.week@gov.mt, permezz tal-posta lill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, Xatt il-Barrieri, Valletta , jew permezz tal-linja tat-telefon 2295 2143.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow