INĊIDENT WAQT SPEZZJONI FUQ IL-VAT
PR1453
24/09/2004
Nhar it-Tnejn, 20 ta’ Settembru, waqt li spetturi tal-VAT kienu qed jagħmlu spezzjoni f’Bieb il-Belt, dawn ġew mhedda u mfixkla milli jwettqu dmirijiethom minn persuna li dwarha kienu qed isiru xi verifiki konformi mal-liġi tal-VAT.
Din il-persuna mistennija titressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin fejn jekk tinstab ħatja teħel multa ta’ bejn Lm200 u Lm1000, jew għal piena ta’ ħabs ta’ mhux aktar minn sitt xhur, jew għal dik il-multa u l-ħabs flimkien.
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en