Left arrow Go Back

IRKUPRAR TA’ ĊILINDRI TAL-GASS MILL-ENEMALTA

PR1450
Date Icon 23/09/2004

Il-Ministeru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni jinforma lill-pubbliku li rapport konklussiv t’esperti Taljani jikkonferma li l-informazzjoni ppubblikata mill-Gvern nhar is-16 ta’ Settembru, 2004, dwar xi ċilindri tal-gass kienet korretta. 

Dak in-nhar, il-Gvern informa lill-pubbliku li rapporti preliminari kienu juru li xi ċilindri tal-gass li qassmet l-Enemalta f’dawn l-aħħar disa’ xhur huma ta’ kwalità anqas tajba minn dik miftiehma fil-kuntratt bejn l-Enemalta u l-ażjenda li begħtilha ċ-ċilindri kif ukoll minn normi stabbiliti mid-Direttivi ta’ l-Unjoni Ewropea.

Anke wara r-rapport konklussiv ta’ l-esperti Taljani, il-Gvern m’għandu ebda parir tekniku li jeżisti xi periklu minn dawn iċ-ċilindri.

Kif informa diġà l-Gvern, il-kumpanija ta’ konsulenza industrijali Taljana OMECO għamlet testijiet biex tkun verifikata aktar fid-dettal il-kwalità taċ-ċilindri. Riżultati finali kkonfermaw riżultati preliminari li wrew diskrepanzi fil-kwalità taċ-ċilindri bejn dik miftehma fil-kuntratt li taħtu l-Enemalta ħallset lill-ażjenda u dik li kienet qed tirriżulta mit-testijiet.

Il-Gvern għalhekk ikkonferma l-ordni li ta lill-Enemalta biex tirtira dawn iċ-ċilindri mis-suq b’mod gradwali. Dan ifisser li meta xi ħadd jirritorna lid-distributur tiegħu ċilindru li juru fuq ġenbu l-insinja ta’ l-Enemalta b’lewn aħmar, dan jinbidel b’tip ta’ ċilindru ieħor u mbagħad jinżamm mill-Enemalta. Ċilindri ta’ dawn it-tip li jinġabru ma jerġgħux jintużaw u ma jibqgħux jinbiegħu.

Il-Gvern itenni, li anke wara r-rapport konklussivi mill-esperti Taljani, m’hemm ebda raġuni għalfejn wieħed jaħseb li dawn iċ-ċilindri fihom xi periklu u għalhekk jistgħu u għandhom jibqgħu jintużaw sakemm jitbattlu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow