Left arrow Go Back

PROGRAMM VAST TA’ ATTIVITAJIET ARTISTIĊI U KULTURALI

PR1448
Date Icon 23/09/2004

Siltiet min diskors li l-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech għamel, meta nieda l-kalendarju ta’ attivitajiet tat-Teatru Manoel

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li t-Teatru Manoel twieled fl-1732 bħala teatru għal attivitajiet varji, ċentru kulturali u ta’ opri, cantatas, rappreżentazzjonijiet teatrali, kummiedji u spettakli oħra. Hu qal li l-missjoni li beda biha  baqa’ miexi fuqha minkejja li tul iż-żmien inbena t-Teatru Rjal, minkejja li s-Sagra Infermeria nbidlet f’kumpless għal konferenzi u għal rappreżentazzjonijiet kulturali u minkejja li tul dawn l-aħħar erba’ snin  il-Kavalier ta’ San Ġakbu nbidel f’Ċentru għall-Kreattivita’ fejn  qed jittellgħu xogħlijiet kulturali, artistiċi u mużikali.  

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal t-tiġrif tat-Teatru Rjal fl-1942 reġa’ ta lit-Teatru Manoel dimensjoni ġdida. Hu qal li mill-aħħar Gwerra Dinjija t-Teatru Manoel hu mill-ġdid iċ-ċentru ta’ opri liriċi, kunċerti u rappreżentazzjonijiet teatrali ta’ ċertu livell. Hu qal li dan wassal biex twettqu f’dan il-kumpless teatrali diversi proġetti biex mhux biss jagħtu aktar spazju għall-attivitajiet kulturali li jittellgħu iżda biex ikun hemm l-infrastruttura neċessarja meħtieġa għal teatru li b’suċċess qed jagħmel il-parti ta’ teatru nazzjonali. Hu qal li fost il-proġetti li twettqu nsibu

o       Is-Sala Isouard li taqdi l-funzjoni tat-tieni auditorium fejn isiru kunċerti da camera.

o       Il-Mużew tat-Teatru u l-arkivji tat-teatru.

o       Il-Café Diva u t-Theatre Restaurant fil-kantini li ġew restawrati.

o       Ħanut minn fejn jinbiegħu oġġetti relatati mat-teatru.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li bl-għajnuna ta’ l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed isir xogħol ta’ restawr fit-teatru li qed jagħtih d-dehra oriġinali tiegħu ta’ meta nbena fuq inizjattiva tal-Gran Mastru Manoel de Vilhena.

Francis Zammit Dimech qal li matul is-snin dan it-teatru  kiber fl-istatura  biex illum qed joffri lil dawk kollha li jippatronizzaw l-arti u l-kultura post mill-aqwa li jorbot il-passat mal-preżent. Hu qal li matul iż-żmien twaqqet “The Friends of the Manoel Theatre” bl-iskop li tistimula l-interess fit-teatru, torganizza attivitajiet kulturali u soċjali u tinkoraġixxi u tgħin talent lokali li jkun irid isegwi karriera fil-“performing arts”.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li anke għal din is-sena l-Management tat-Teatru Manoel ipprepara programm varjat ħafna ta’ attivitajiet operistiċi, teatrali u mużikali.  Hu qal li bejn dan ix-xahar u Mejju tas-sena d-dieħla se jittellgħu aktar minn 120 programm li jinkludu recitals, kunċerti mill-Orkestra Nazzjonali, il-Christmas Pantomine, Spotlight on Shakespeare, il-BOV Opera Festivalu l-Festa Barokka. Hu fakkar li fost l-inizjattivi tat-Teatru Manoel hemm Poezijaplus, Loġġapalk, Windows on Music u Lights on Theatre Traffic. Francis Zammit Dimech qal li din is-sena wkoll kull nhar ta’ Erbgħa se jsiru l-‘lunch-time concerts’  preżentati mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti li jittellgħu fis-Sala isouard.

Francis Zammit Dimech qal li minbarra dawn ir-rappreżentazzjonijiet fil-bitħa tat-Teatru Manoel, li llum għandha tinda innovativa li tinfetaħ u tingħalaq, bejn dan ix-xahar u Mejju tas-sena d-dieħla se jittellgħu disa’ wirjiet minn Martine Berenbach; Antoine Paul Camilleri; Fabio Agius Anastasi u Lisa Falzon; Bertha Darmanin, Lilian Pace, Margaret Farrugia u Winnie Calleja; Jeni Caruana; Dr Guzeppi Schembri Bonaci; Kenneth Zammit Tabona; u John Martin Borg. Flimkien ma’ dawn il-wirjiet fl-istess post se tittella’ Fashion Expo; Theatre Makeup Festival u attivita’ mit-Theatre Traffic & Cancer Foundation.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li t-Teatru Manoel qed jippreżenta programm ta’ attivitajiet mtella’ minn artisti lokali u artisti barranin li flimkien għandhom jagħtuna staġun mill-aqwa u li jilħaq  l-aspetattivi ta’ dawk kollha li huma ħbieb ta’ l-arti u l-kultura.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura rringrazzja liċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tat-Teatru Manoel u lill-impjegati kollha ta’ l-istess teatru għall-ħidma tagħhom biex tikber l-arti u l-kultura f’pajjiżna filwaqt li awgura staġun mill-aqwa ta’ attivitajiet ta’ kwalita’  kif jaf jagħti biss it-Teatru Manoel.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow