Left arrow Go Back

L-IMPORTANZA TAR-RIĊERKA FL-IPPJANAR TA’ FAĊILITAJIET GĦALL-IMMANIĠĠJAR TA’ L-ISKART F’PAJJIŻNA

PR1446
Date Icon 23/09/2004

Ir-riċerka hi importanti fl-ippjanar ta’ faċilitajiet ta’ l-immaniġġjar ta’ l-iskart sostenibbli.

Dan qalu l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, George Pullicino waqt il-ftuħ ta’ seminar ‘Pilot studies on packaging & import/export of waste statistics’, organizzat mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika, bil-kollaborazzjoni tal-WasteServ Malta Ltd, ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u tal-Federazzjoni ta’ l-Industrija.  

Il-Ministru Pullicino qal li bħalissa jeżistu biss stimi ta’ kemm jidħol materjal ta’ l-ippakkjar f’Malta. Għalhekk hu importanti li ssir riċerka dwar l-ammonti ta’ ppakkjar li jiġi impurtat jew iġġenerat f’pajjiżna u dan is-seminar għandu jwassal biex ikun irranġat dan in-nuqqas.

George Pullicino qal li skond id-direttivi 94/62/EC u 2004/12/EC, hemm persentaġġi preċiżi ta’ kemm ippakkjar irid jiġi rkuprat u rriċiklat minn kull pajjiż.  L-għan ta’ dan il-proġett li qed isir mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika huwa li jsir studju biex l-ammont ta’ dan it-tip ta’ skart jiġi kkwantifikat.

Din ir-riċerka hija wkoll utli għall-WasteServ sabiex tkompli tippjana faċilitajiet ta’ l-immaniġġjar ta’ l-iskart sostenibbli għal pajjiżna, fosthom Bring-in Sites, Civic Amenity Sites u l-immodernizzar ta’ l-impjant għat-trattament ta’ l-iskart ta’ Sant’ Antnin.

Il-Ministru Pullicino qal li l-WasteServ applikat għall-fondi għall-assistenza teknika dwar dan it-tip ta’ skart. Permezz tal-proġett bit-titlu “Technical assistance for the development of implementation systems for the producer responsibility directive”, se jsir taħriġ għall-importaturi, għall-bejjiegħa u għall-imsieħba soċjali li huma responsabbli mill-materjal ta’ l-ippakkjar f’Malta. L-iskop tat-taħriġ huwa li dawn ikunu jistgħu jinvestigaw mod kif jitnaqqas il-materjal ta’ l-ippakkjar kif ukoll biex jidentifikaw mezz biex jiġi mmaniġġjat dan it-tip ta’ skart b’mod sostenibbli. Għaldaqstant huwa fl-interess ta’ l-industrija li tibda tifhem l-obbligi li għandha fuq dan il-materjal mill-aktar fis.

Dan il-proġett għandu jidħol fis-seħħ fis-sena 2006 u l-WasteServ Malta Ltd. se tgħin lill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika biex tiġbor l-informazzjoni li hemm bżonn mill-industrija dwar l-ippakkjar li jiġi iġġenerat/impurtat f’Malta u ta’ kemm materjal diġa` jintrema.

Dan il-proġett għandu wkoll għajnuna finanzjarja mill-Eurostat.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow