Left arrow Go Back

IL-MINISTRU TAL-GUSTIZZA U L-INTERN JILTAQA’ MA’ MEMBRI PARLAMENTARI MIR-REPUBBLIKA CEKA

PR144
Date Icon 06/02/2004

Il-Ministru tal-Gustizzja u l-Intern, l-Onor. Tonio Borg kellu laqgha formali ma’ membri tal-Kumitat ta’ l-Affarijiet Kostituzzjonali tal-Parlament tar-Repubblika Ceka, li huwa maghmul minn rapprezentanti ta’ diversi partiti politici, rapprezentati fil-Parlament Cek.  

Il-Ministru Tonio Borg, wara li ta merhba lid-delegazzjoni Ceka, qal li huwa perswaz li d-dhul taz-zewg pajjizi fl-Unjoni Ewropea f’Mejju li gej ser jghin mhux ftit fl-oqsma tal-Gustizzja u lntern, l-iktar fil-glieda kontra l-kriminalita’ organizzata u l-immigrazzjoni llegali.  

Waqt il-laqgha li ghaliha attenda ukoll is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru, l-Onor. Carm Mifsud Bonnici, iz-zewg nahat iddiskutew il-possibilita’ ta’ koperazzjoni bejn iz-zewg pajjizi. Giet diskussa s-shubija fl-Unjoni Ewropea u l-opportunitajiet li din toffri liz-zewg pajjizi li f’certi aspetti, jixbhu lil xulxin. Il-Ministru Tonio Borg qal li bhala shab futuri, huwa tajjeb li z-zewg pajjizi jsiru jafu lil xulxin iktar mill-qrib, bil-ghan li tissahhah ir-relazzjoni bejniethom.  

Vlasta Parkanova, il-kap tad-delgazzjoni, irreciprokat il-hsibijiet tal-Ministru Borg u weghdet l-ghajnuna ta’ pajjizha f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ l-oqsma tal-Gustizzja u l-Intern.  

Ghal-laqgha attendew ukoll il-Konslu Malti ghar-Repubblika Ceka s-Sur Tonio Casapinta, kif ukoll s-Sur Libor Secka, Ambaxxatur ghal Malta tar-Repubblika Ceka li huwa residenti f’Ruma.    

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow