Il-PRIM MINISTRU JINDIRIZZA L-ASSEMBLEA ĠENERALI TAL-ĠNUS MAGĦQUDA
PR1439
22/09/2004
Il-Prim Ministru, l-Onor. Lawrence Gonzi, llum ħalla Malta għal New York fejn ser jattendi u jindirizza d-59 sessjoni ta’ l-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda. Huwa se jkollu wkoll laqgħa bilaterali mal-President ta’ l-Andorra, Marc Forne-Moine. Il-Prim Ministru mistenni wkoll jiltaqa’ mal-Komunità Maltija fi New York.
Il-Prim Ministru se jkun akkumpanjat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Michael Frendo u l-Kap tad-Direttorat ta’ l-Unjoni Ewropea, John Inguanez.
Il-Prim Ministru huwa mistenni lura Malta nhar is-Sibt 25 ta’ Settembru.
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en