Left arrow Go Back

IL-KAŻ L-IMMIGRANTI ILLEGALI LI FI TMIEM IL-GIMGĦA IRRIFJUTAW LI JINŻLU MALTA

PR1438
Date Icon 20/09/2004

B’referenza għal rapporti li qed jidhru fl-istampa dwar il-kwestjoni ta’ l-immigranti illegali li fi tmiem il-gimgħa irrifjutaw li jinżlu Malta u baqgħu sejrin Sqallija, u t-talba tal-Gvern Taljan li dawn jintbagħtu lura Malta, il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern jixtieq jippreċiża dan li ġej:

a)il-Gvern Malti dejjem qal li din il-kwestjoni trid tiġi eżaminata fid-dawl tal-liġijiet internazzjonali dwar salvataġġ fuq il-baħar. Dan qalu l-Ministru Tonio Borg waqt Konferenza Stampa nhar is-Sibt 18 ta’ Settembru 2004;
b)dan ifisser li jekk jiġi ippruvat mill-Awtoritajiet Taljani li dawn il-persuni kienu bżonn l-għajnuna (in distress) u meta kellhom dan il-bżonn, Malta kienet l-eqreb port sigur (nearest safe port), allura Malta terfa’, kif għamlet dejjem, l-obbligi internazzjonali tagħha.  L-istess prinċipju ġie applikat fil-każ tal-Cap Anamur meta, għax l-immigranti inġabru f’post eqreb lejn Lampedusa milli Malta , dawn ġew aċċettati l-Italja;
c)Il-Forzi Armati fiċ-ċirkostanzi mxew bl-attenzjoni u l-kawtela neċessarja, peress li l-lanċa bl-immigranti irrifjutat ripetutament li tidħol Malta . Il-Forzi Armati ġabru ‘il fuq minn 100 ruħ li riedu jinżlu Malta, u infurmaw lill-Awtoritajiet Taljani b’kull pass li kienu qed jieħdu, inkluż il-fatt li fis-siegħat bikrin tas-Sibt, il-lanċa qabdet u telqet lejn Sqallija;
d)Ir-ripatriju ma jistax jsir taħt il-Ftehim iffirmat bejn Malta u l-Italja fit-8 ta’ Diċembru 2001, u dan peress li dan il-Ftehim japplika biss għal persuni li telqu lejn l-Italja minn art Maltija, jew ibħra “interni” (mhux biss territorjali) ta’ Malta . Fil-fatt dawn l-immigranti qatt ma daħlu fl-ibħra interni, jiġifieri qatt ma daħlu mill-bokka ta’ xi bajja jew port f’Malta ‘il ġewwa;
e)Jista’ jkun hemm bażi għar-ripatriju taħt il-liġi internazzjonali ta’ salvataġġ fuq il-baħar u din il-materja qed tiġi ikkunsidrata.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow