Left arrow Go Back

KONSULTAZZJONI PUBBLIKA DWAR IL-PJAN NAZZJONALI TA' AZZJONI GHALL-IMPJIEGI

PR1435
Date Icon 20/09/2004

“Ħaddiema u Min Iħaddem bl-impenn sħiħ tal-Gvern għandhom pakkett ta’ miżuri u benefiċċji maħsuba li jkattru l-impjiegi.  Il-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-impiegi kiseb kunsens mill-aktar wiesgħa sew fost il-poplu kif ukoll fost l-imsieħba soċjali.  Wara l-ħidma li saret biex jiġi preparat il-Pjan, il-Ministeru issa se jaħdem bis-sħiħ biex jara li l-Pjan jilħaq l-iskop tiegħu bil-koordinament ta’ kulħadd.”  Dan sostnieh il-Ministru Louis Galea meta  kkonkluda proċess ta’ konsultazzjoni pubblika fiċ-Ċentru Robert Samut.  Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Ministru Galea iddiskuta l-Pjan fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) u fi ħdan il-Kummissjoni għall-Iżvilupp Sostennibli (KIS).

Unions u Min Iħaddem, fil-laqgħa tal-MCESD, preseduta mill-President is-sur Victor Scicluna, u li fiha ħa sehem ukoll is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Onor. Tonio Fenech, faħħru ix-xogħol tajjeb li sar fuq il-Pjan u qablu li l-pakkett ta’ miżuri huwa fid-direzzjoni it-tajba.  Huma wrew ir-rieda li jikkooperaw biex il-miżuri jitwettqu bl-aħjar riżultati.  Il-Gvern ġie mitlub jagħmel ħiltu biex jassigura ko-ordinament u konsistenza bejn id-diversi inizjattivi li qed jinħadmu u li huma maħsuba li jinkwadraw ruħhom fi pjan nazzjonali mibni fuq Patt Soċjali.  Fil-laqgħa ingħataw importanza partikolari l-edukazzjoni u t-taħriġ, it-turiżmu, infurzar kontra ħaddiema illegali u abbużi fil-benefiċċji soċjali, tneħħija ta’ burokrazija żejda, is-sistema ta’ l-apprendistat, u t-tisħib ta’ l-Isħab Soċjali fi skema ta’ taħriġ, għaliex ħafna minnhom diġa` qed iwettqu programmi għall-membri tagħhom.

Fil-KIS, fejn ħa sehem ukoll il-Ministru George Pullicino, l-emfasi kien fuq l-opportunitajiet li jeżistu għall-ħolqien ta’ l-impiegi jekk isir aktar emfasi fuq l-impriżi l-iktar żagħar (micro enterprises) li jekk jiġu mgħejjuna ikunu aktar krejattivi kapaċi jżidu l-produzzjoni u l-impiegi filwaqt li jisfruttaw materja prima li hi Maltija.  Dawn mhux biss jifformaw l-akbar parti ta’ l-impiegi, iżda huma f’pożizzjoni tajba biex iwettqu l-prinċipji ta’ żvilupp sostennibli.

Il-Pjan Nazzjonali ta’ Azzjoni għall-Impjiegi jinkludi madwar 81 inizjattiva li jistgħu jiġu maqsuma f’ħames oqsma differenti:

  • Inizjattivi diretti favur l-impjiegi (3)
  • Programmi ġodda u titjib ta’ programmi eżistenti (36)
  • Pjani għal servizzi u programmi godda u mtejba (4)
  • Titjib fir-regolamentazzjoni u l-amministrazzjoni (18)
  • Inizjattivi ta’ analiżi u evalwazzjoni (20)

Inizjattivi diretti favur l-impjiegi:

Għalkemm l-inizjattivi kollha huma mmirati biex jiżdiedu l-impjiegi, hemm tlett inizjattivi li jagħtu inċentiv fiskali lill-individwi biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol.  Peress li l-parteċipazzjoni tan-nisa f’pajjiżna hu wieħed baxx dawn l-inizjattivi huma mmirati lejn in-nisa.  

L-ewwel inizjattiva hi l-estenzjoni tar-rata privileġġjata ta’ 15% taxxa fuq xogħol part-time għat-tieni persuna li qed taħdem fil-familja – Il-parti l-kbira huma nisa.  It-tieni inizjattiva tagħti l-opportunita’ lil dawk in-nisa li jirritornaw għax-xogħol wara aktar minn ħames snin u li qatt ma bbenefikaw mill-‘parental leave’ li jaħdmu għall-ewwel sena mingħajr taxxa fuq id-dħul.  It-tielet inizjattiva hi maħsuba biex tgħin finanzjarjament lil dawk il-ġenituri li għandhom bżonn servizz ta’ childcare waqt li jkunu x-xogħol.

Programmi ġodda u titjib ta’ programmi eżistenti

Mill-2005 se jiġu introdotti tmien servizzi ġodda, dawn jinkludu:

·      Servizz ta’ Gwida Vokazzjonali mill-ETC

·      Sistema ta’ ppjanar individwali ma min qed ifittex impjieg biex jinstab impjieg mill-ETC

·      Servizz ta’ pariri personalizzat għal min ma jsegwix il-programm li jkun imfassal għalih mill-ETC

·      Usu ta’ l-SMS biex min qed ifittex xogħol ikun infurmat dwar vacancies li jinqalgħu

·      Ċertfikar tal-kompetenzi mill-Kunsill Malti dwar il-Kwilfiki Professjonali u Vokazzjonali

·      Informazzjoni, edukazzjoni u taħriġ permezz ta’ Ċentru għan-nisa Żvantaġġjati mill-Aġenzija Appoġġ u mill-Malta Women in Business

·      Servizz ta’ Suq Virtwali biex l-intraprendituri ikunu jistgħu joffru l-prodotti u s-servizzi tagħhom on-line

Fl-2005 se jiħolqu wkoll sitt skemi ġodda, dawn jinkludu:

  • Skema ta’ taħriġ u esperjenzi ta’ xogħol fuq perjodu ta’ sena sħiħa
  • Skema  li toffri servizzi ta’ appoġġ għall-persuni b’diżabilita’ kif ukoll taħriġ u esperjenzi ta’ xogħol
  • Skema għal dawk li jridu joffru servizz ta’ Childcare għall-impjegati tagħhom
  • Skema għall-impriżi ż-żgħar li tgħin finanzjarjament biex jitħarrġu mat-300 persuna
  • Skema li tgħin lill-intraprendituri joħolqu intrapriżi ġodda
  • Skema mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija biex tkattar ir-rikerka u l-iżvilupp, u l-innovazzjoni fis-settur privat u pubbliku.

Ma dawn l-inizjattivi hemm 26 programm ta’ taħriġ li l-parti l-kbira minnhom huma ffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew. 

Pjani għal servizzi u programmi ġodda u mtejba

Fl-2005 se jinħolqu 4 pjani ġodda fosthom :

  • Malta Enterprise qed tippjana li toħloq one-stop shop għall-intrapriżi
  • Malta Industrial Parks Ltd. qed tippjana li tintroduċi inċentivi għall-iżvilupp ta’ żoni industrijali mill-privat
  • Il-Ministeru tal-Kompettitivita’ se joħloq pjan biex jitjiebu l-programmi ta’ taħriġ 
  • Pjan ta’ Azzjoni mill-ETC għal Għawdex

Titjib fir-regolamentazzjoni u l-amministrazzjoni (18)

18-il inizjattiva se jittieħdu biex jitjiebu ir-regolamenti u l-amministrazzjoni f’oqsma li għandhom x’jaqsmu ma’ l-Impjiegi.  Dawn jinkludu: l-Business Promotion Act ir-regolamenti dwar iċ-Childcare titjib fil-mod kif joħorġu l-legal notices u kif dawn jaslu għand il-ħaddiema u min iħaddem, u informazzjoni dwar l-ugwaljanza fuq il-post tax-xogħol, white paper dwar r-riforma tal-penzjonijiet, tnaqqis ta’ l-abbuż mill-benefiċċji ta’ l-invalidita’, penali aktar ħorox għall min ma jiddikjarax ix-xogħol tiegħu, tnaqqis ta’ sistemi burokratiċi, jitħaffef il-proċess biex jitjiebu żoni industrijali, riforma fis-sistema ta’ ffinanzjar tas-settur ta’ l-edukazzjoni ogħla u tas-sistema tal-MATSEC u l-introduzzjoni ta’ programmi ta’ tagħlim individwalizzat mill-MCAST.

Inizjattivi ta’ analiżi u evalwazzjoni

Fl-2005 se jsiru 20 studju li minnhom hu mistenni li joħorġu proposti li jwasslu għal żvilupp fl-oqsma tal-kompettitivita’, turiżmu, xogħol, teleworking, childcare u oħrajn.

Il-Ministru Louis Galea spjega li l-uniku ħolqien ta’ impiegi irid jiġi mis-settur privat.  “Sal-lum il-Gvern kien ‘employer’ li jikkontribwixxi għaż-żieda fin-numru ta’ impiegi, daqqa għal-ragunijiet tajba u drabi oħra għal ragunijiet ħżiena.  Issa l-Gvern mhux biss mhux ser iżid impiegi hu talli jrid jgħaddi minn fażi fejn inaqqas is-sehem tiegħu fir-rata ta’ partecipazzjoni ta’ impiegi.  Diga` fl-aħħar għaxar snin dan is-sehem niżel minn 42% għal 34% u jrid ikompli jonqos. B’hekk ilkoll irridu naħdmu biex it-tkabbir ekonomiku fis-settur privat joħloq biżżejjed impiegi biex jilqa` sew għall-bidliet li jkunu qed iseħħu fis-swieq li aħna naħdmu fihom kif ukoll għat-tnaqqis tal-Gvern fl-ekonomija tal-pajjiż.”

Kull min jixtieq jagħmel kummenti dwar il-Pjan għall-impiegi fadallu sal-24 ta’ Settembru. Il-Pjan imbagħad ser jintbagħat lill-Kummissjoni Ewropeja biex tevalwah fid-dawl tal-istrategija Ewropeja għall-impiegi.  Il-Ministru Galea talab ukoll biex jinstab żmien fil-Kumitat tal-Parlament għall-Affarijiet Soċjali ħalli l-Membri Parlamentari jkunu jistgħu jagħtu l-fehmiet tagħhom.

DOI – 20.09.2004


Category of Measures

Page/ Nap

Measure

Responsibility

Funding

Due

Date

Direct Work Incentives

54

Extension of 15% part-time rate privilege to secondary breadwinner

Min Fin

Gvt

Jan 2005

54

One-year tax holiday for women returners inactive for at least 5 years

Min Fin

Gvt

Jan 2005

55

Partial refund of childcare expenses

Min Fin

Gvt

Jun 2005

Introduction of new/improved services and programmes

New Services

21

Introduction of Vocational Guidance Unit

ETC

Gvt

Jan 2005

21

Introduction of Personal Action Plans

ETC

Gvt

Jan 2005

21

Introduction of Personal Advisor Service

ETC

Gvt

Jan 2005

41

Certification of standards of vocational competence

MPVQAC

(EU)/Gvt

2005

20

Notification of job vacancies through SMS

ETC

Gvt

2005

30

Emarketplace

Min Info Tech

Gvt

X 2005

43

Introduction of Adult Learning Unit

Div Educ

Gvt

X 2005

62

Centre for Disadvantaged Women (educ/tng/info)

Appogg/women in Business

ESF/Gvt

2004-6

New Schemes

22

Training and Employment Exposure Scheme

ETC

ESF / Gvt

2004-6

27

Start-up Programme for entrepreneurs

MaltaEnterprise

Gvt

31

Assistance to develop R&D and innovation capacity

MCST

ESF/Gvt

2004-6

44

Training grants for employees in micro-enterprises

ETC

Gvt

Jan 05

56

Promotion of childcare services at work

ETC

ESF/Gvt

2004-6

62

Supported Employment Scheme for disabled

ETC

ESF/Gvt

2004-6

New Training Programmes

21

Enhanced one-day compulsory Jobsearch Seminars

ETC

Gvt

Jun 2004

21

Job motivation/advanced jobsearch programme

ETC

Gvt

Jan 2005

22

Training jobseekers in waste separation

Wasteserv

ESF/Wast

2004-6

31

Training in Maltese crafts preservation

MCAST

ESF/Gvt

2004-6

31

TNA and training for micro- & SMEs

MaltaEnterprise

ESF/Gvt

2004-6

30

ECommerce Awareness Programme

Min Info Tech

Gvt

X 2005

42

Extended ECDL certification

Div Educ

Gvt

X 2005

42

New Certificate in Occupational Readiness

ETC

Gvt

Jul 05

45

Training/retraining in engineering

MCAST

ESF/Gvt

2004-6

45

Training/retraining in electronics

MCAST

ESF/Gvt

2004-6

45

Training/retraining in Building & Construction

MCAST

ESF/Gvt

2004-6

45

Foundation training for non-qualified adults

MCAST

ESF/Gvt

2004-6

45

Training in boat building

Fisheries Divn

ESF/Gvt

2004-6

45

Training the trainers in ICT skills

Div Educ

ESF/Gvt

2004-6

46

Training the trainers in literacy skills

Div Educ

ESF/Gvt

2004-6

46

Introduction of community lifelong learning centre

Fndtn Educ Serv

ESF/Gvt

2004-6

46

Training for semi-/unskilled in tourism sector

MTA

ESF/Gvt

2004-6

46

Post-qualification training for doctors

St Luke’s Hosptl

ESF/Gvt

2004-6

57

Training for women returners in IT & customer service

MCAST

ESF/Gvt

2004-6

60

Compulsory 13-evening course for students exempted from completing secondary school

ETC

Gvt

Jun 05

62

Training in literacy

ETC

ESF/Gvt

2004-6

62

Training to increase employability of socially excluded

Appogg

ESF/Gvt

2004-6

62

Training of Inclusion Co-ordinators

Stud services/int relations Dept

ESF/Gvt

2004-6

74

Comprehensive training programme in Gozo for jobseekers, graduates, entrepreneurs and small businesses, customer service and hospitality sectors

Min Gozo/ETC Gozo

ESF/Gvt

2004-6

74

Training in Crafts, Gozo

Min Gozo

ESF/Gvt

2004-6

43

New short courses in hospitality

MTA

Gvt

X 2005

Planning of new/improved services

27

Plan to establish one-stop shop

MaltaEnterprise

Gvt

28

Planning of incentives for private development of industrial parks

Malta Industrial Parks Ltd.

Gvt/priv sec

30

Plan to rationalise and improve entrepreneurship training

Min Competvns

Gvt

Oct 2005

73

Action Plan to enhance ETC services in Gozo

ETC

Gvt

Jun 2005

Regulatory/administrative improvements & measures

27/43

Review of Business Promotion Act & amendments

MaltaEnterprise

Gvt

Jul 05

27

Targeted BPA provisions for Gozo

MaltaEnterprise

Gvt

28

Shortened tendering procedure for development of industrial zones for SMEs and for upgrading of industrial estate infrastructure

Malta Industrial Parks Ltd.

Gvt

29

Project to improve bureaucracy requirements

Gvt

End-2005

35

User-friendly publication of legal notices on employment and industrial relations

Dept Emp Ind Rels

Gvt

X 2005

30

Etrust

Min Info Tech

Gvt

X 2005

35

Improved reconciliation system to reduce industrial action

Dept Emp Ind Rels

Gvt

X 2005

41

Improved SEC certification

Div Educ

Gvt

X 2005

41

Improved trade testing

ETC

Gvt

X 2005

42

Introduction of Individual Student Learning Plans

MCAST

Gvt

X 2005

43

Reforms in Higher Education Funding/Maintenance Grants

Div Educ

Gvt

X 2005

49

Reforms to control potential abuse of invalidity benefits

Dept Soc Sec

Gvt

X 2005

49

White Paper on Pension Reform

Gvt

X 2005

55

Promulgation of childcare services regulations

Min Fam Soc Sol

Gvt

X 2005

35

Manual to guide employers on gender equality issues

ETC

Gvt

Jan 05

61

Promulgation of legal notice entitling refugees to register for work

X

69

Strengthening of law enforcement complement

ETC

Gvt

Jan 05

70

Stricter penalties for undeclared work

ETC

Jan 05

Analysis and Evaluation

36

Report on Improving Malta’s Competitiveness

MCESD

Gvt

X 2005

20

Cost Benefit Analysis of employment schemes

ETC

Gvt

Ongoing

20

Evaluation of ETC schemes:

  • Employment & Training Services Scheme
  • Job Experience Scheme
  • Bridging the gap
  • ETC Placement Function

ETC

Gvt

Sept 05

20

Client Satisfaction Surveys

ETC

Gvt

On exit

37

Skills and Employment Forecast in Tourism

MTA

EU/Gvt

Apr 05

37

Report on issues and recommendations regarding employment in Tourism

Gvt

X 2005

49

Study/recommendations on older inactive persons

ETC

Gvt

Jul 05

55

Study/recommendations on reducing occupational segregation by gender

ETC

Gvt

Jul 05

55

Study/recommendations on teleworking

ETC

Gvt

Jun 05

55

Research on prerequisites of affordable childcare

FHRD

56

Study/training on gender equality at St Luke’s Hospital

Min Health

ESF/Gvt

2004-2006

56

Studies/training to promote family-friendly work model

NC Gender Equality

ESF/Gvt

2004-6

60

Definition of disadvantaged groups in LM

NSO/ETC

Gvt

2005

66

Making Work Pay report

ETC/DSS/IR

Gvt

2005

69

Direct survey on undeclared work

ETC/NSO

Gvt

2005

73

Training Needs Analysis, Gozo

ETC

Gvt

Sep 05

To be added

Study of work aspirations, and LM barriers, of single mothers on benefits

ETC

Gvt

Jun 05

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow