Left arrow Go Back

RISPOSTA GHALL-ISTQARRIJA MAHRUGA MILL-CARGO HANDLING CO. LTD.

PR1416
Date Icon 14/09/2004

B’riferenza ghall-istqarrija maħruga mill-Cargo Handling Co. Ltd. u li dehret f’sezzjonijiet tal-istampa llum, il-Ministeru ghall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni għandu s-segwenti kummenti x’jagħmel:

Dan il-Ministeru, kif ukoll l-Awtorita’ Marittima ta’ Malta, meta tkellmu dwar ir-riforma fil-portijiet, fl-ebda mument ma għamlu riferenza unika għall-Cargo Handling Co. Ltd, kumpanija sussidjarja tal-General Workers Union, iżda għamlu riferenza lejn is-setturi kollha li jmissu mal-port, u li b’xi mod jew ieħor jagħtu servizz hemmhekk.  

Fil-laqgħat tal-Kunsill Konsultattiv tal-Portijiet, li xogħolu kienet li jiddiskuti r-riforma tal-portijiet, kien hemm preżenti ghal-laqgħat kollha, uffiċjal għoli tal-Cargo Handling Co. Ltd. Għalhekk il-kumpanija, li għandha wkoll kopja tad-dokument finali maħrug mill-Kunsill taf perfettament li s-setturi kollha gew identifikati bhala parti mir-riforma, u mhux il-Cargo Handling Co. Ltd. biss, kif qieghed ikun allegat fl-istqarrija.  

Dejjem kienet intenzjoni tal-Gvern li jissalvagwardja d-dħul finanzjarju tal-ħaddiema. Ma jfissirx li jekk jonqos id-dħul taghhom, ix-xogħol se jizdied. Hu biss jekk tiżdied l-effiċjenza, u d-dħul ikun għal xogħol ġustifikat li verament qiegħed isir, li l-kompetittivita’ fil-portijiet tiżdied, bir-rizultat aħħari li d-dħul tagħhom għandu l-potenzjal li jizdied ukoll.  

Hu veru li l-kumpanija Cargo Handling Co. Ltd. tiehu parti biss mill-ispejjez li jaqgħu taħtha, izda wieħed irid joqgħod attent u jagħraf li ammont ta’ spejjez illum m’għandhomx jagħmlu sens għax il-prattiċi ta’ xogħol, bħal ma kienu jsiru fi żminijiet imgħoddija, spiċċaw.  

Minn naħa l-oħra l-Cargo Handling Co. Ltd. minħabba li qatt ma nvestiet fil-makkinarju tagħha, qabbdet kuntrattur privat, bil-privilegg illegali li jiehu LM 7.00 ghas-servizz ta’ ħatt għal container tal-20 pied u LM 12.00 għal container tal-40 pied, minflok li tagħmel dan ix-xogħol il-kumpanija stess. Dawn l-ispejjeż minflok jigu assorbiti fit-tariffi tal-Cargo Handling Co. Ltd. qed jigu mħallsa mill-aċenti separatament, meta dan mhux awtorizzat. Għalhekk l-agent ihallas lill-Cargo Handling għall-ħatt tal-merkanzija, kif ukoll lill-kuntrattur privat ghall-istess servizz. Dan ifisser duplikazzjoni ta’ spejjez li fl-aħħar mill-aħħar jinġarru mill-konsumatur.            

Hu ovvju li s-setturi kollha tal-port se jinbarkaw fuq kampanja sabiex jigbdu lejhom is-simpatija tal-opinjoni pubblika. Min-naħa l-oħra organizazzjonijiet li, flimkien mal-Gvern, għandhom interess ewlieni fil-kompetittivita’ ta’ Pajjizna bħal Kamra tal-Kummerċ, il-Federazzjoni tal-Industrija, u bosta service providers oħra,  huma parti integrali minn dan il-pjan, u huma konxji mill-ħtiega urgenti li din ir-riforma issir. Dan il-Ministeru hu sodisfatt li dawn l-entitajiet jaghrfu din l-importanza, u flimkien mal-Gvern lesti li jkunu parti minn din l-istrategija.  

Il-Gvern m’għandu l-ebda intenzjoni li jipponta subghajh lejn il-Cargo Handling Co. Ltd. iżda, kif għamel f’okkazjonijiet oħra, lejn is-sistema preżenti kollha kemm hi, u jissottolinja li r-regim ta’ spejjez żejda għandu jispiċċa.  

Il-Ministru tal-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni l-Onor. Censu Galea dejjem kien lest li jiltaqa’ ma’ dawk kollha li għandhom interess fl-operazzjonijiet tal-port kif sar, kemm–il darba f’okkazjonijiet oħra. Dan flimkien mad-determinazzjoni li l-process ta’ diskussjoni mhux ser jerġa’ jibda mill-gdid iżda għandu jitkompla u jiġi implimentat.  

Il-Gvern ilu li li midd għonqu għal din ir-riforma u l-partijiet kollha konċernati kienu parti mid-diskussjonijiet. Issa wassal iz-żmien li ma nibqgħux nintilfu f’diskussjoni eterna iżda mmexxu r-riforma l’ quddiem ghall-aħjar interess tal-Pajjiz.   

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow