IL-LAQGHA TA’ TEKNICI MALTIN U LIBJANI DWAR IL-VISAS
L-Oppożizzjoni ħadet falza stikka meta sejħet bħala ‘Sigrieta’ laqgħa normali dwar il-proċess tal-ħruġ tal-Visas li saret uffiċjalment nhar it-Tnejn li għadda fil-Ministeru tal-Affarjiet Barranin fil-belt Valletta bejn tekniċi mill-Ministeri tal-Affarjiet Barranin ta’ Malta u tal-Libja. Din il-laqgħa kienet rappurtata wkoll f’waħda mill-gazzetti ta’ nhar ta’ Ħadd b’kumment dirett mill-Ministru Frendo. Jidher li dan ir-rapport ma kienx inqara mill-Onorevoli Leo Brincat, kelliem ewlieni dwar l-Affarjiet Barranin tal-Oppożizzjoni Laburista.
Din il-laqgħa ta’ esperti tekniċi Maltin u Libjani saret bħala riżultat taż-żjara li l-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Dr. Michael Frendo kien għamel fil-Libja bejn is-16 u t-18 ta’ Lulju li għadda. Laqgħat tekniċi bħal dik li saret it-Tnejn li għadda fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin stess, huma mistennija li jsiru b’mod regolari kemm f’Malta kif ukoll fil-Libja biex fihom jigu kkonsidrati problemi tekniċi dwar Visas li jistgħu jinqalgħu minn żmien għal żmien bejn iż-żewġ pajjiżi.
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en