Left arrow Go Back

INRESSQU L-KULTURA AKTAR QRIB IL-POPLU

PR1400
Date Icon 10/09/2004

F’diskors li l-Ministru għat-Turiżmu u Kultura  għamel meta ppreżenta ċertifikati lill-parteċipanti fid-Drama Fest li ttellgħet fil-Kavallier ta’ San Ġakbu – Ċentru għall-Kreattivita’,  l-Onor. Dr. Francis Zammit Dimech qal li fil-ħidma tiegħu l-Gvern kien qed jagħmel  ħiltu biex jressaq il-kultura dejjem aktar lejn il-poplu biex hekk kulħadd japprezza dak li wettqu ta’ qabilna u naħdmu biex inkattru dak li diġa għandna.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li minkejja li aħna pajjiż żgħir dejjem spikkaw fost il-poplu Malti talenti kbar. Hu qal li dan ikkontribwixxa biex żammejna l-identita’ tagħna u biex inkurunajniha bl-akkwist ta’ l-Indipendenza li din is-sena qed niċċelebraw l-40 anniversarju tagħha.  

Francis Zammit Dimech qal li hekk kif ġara 40 sena ilu, meta l-akkwist ta’ l-Indipendenza ġab miegħu rinaxximent kulturali qawwi, hekk qed iseħħ illum meta wara li pajjiżna ssieħeb fl-Unjoni Ewropea reġa’ qed jinħass qawmien kulturali li għandu jħeġġiġna biex inkomplu niskopru l-għeruq tagħna u t-tradizzjonijiet tagħna u biex nħarsu l-identita’ tagħna li tagħżilna minn kull nazzjon ieħor.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li diġa kellu l-okkażżjoni jinnota li din is-sena kienet waħda eċċezzjonali għal attivitajiet kulturali. Hu qal  li  f’din il-ħidma ta kontribut ewlieni l-Kavallier ta’ San Ġakbu – iċ-Ċentru għall-Kreattivita’ li din is-sena jagħlaq erba’ snin mill-inawgurazzjoni tiegħu.  

Francis Zammit Dimech qal li dan iċ-ċentru mela vojt kbir li kien ilu jinħass, post fejn dawk kollha b’talenti jistgħu jesprimu rwieħhom f’wirjiet u xogħlijiet ta’ drama u teatru.  Hu qal li matul din is-sena dan iċ-ċentru kellu sehem importanti fiċ-ċelebrazzjonijiet li fakkru s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea billi ttellgħu fih diversi attivitajiet kulturali.  

Il-Ministru Zammit Dimech qal li bħala parti mill-attivitajiet kulturali tas-sajf, li huma popolari ħafna fost il-Maltin u l-barranin li jkunu fostna għall-vakanzi, bejn il-5 u l-10 ta’ Awissu fit-Teatru fit-Tond tal-Kavallier ta’ San Ġakbu, kien organizzat id-Drama Fest mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti.  Hu qal li matul dawn il-jiem ittellgħu xogħlijiet oriġinali minn disa’ gruppi teatrali ewlenin li kellhom is-suċċess mixtieq.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura rringrazzja lil dawk kollha li ħadu sehem f’dan il festival, lill-HSBC Bank Malta plc., li sponsorjaw l-attivitajiet kulturali għas-Sajf 2004, lil Lino Mintoff li kkoordina l-attivitajiet u lill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti li organizzahom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow