Left arrow Go Back

INAWGURAZZJONI TA’ GANTRY GDIDA FIL-KORPORAZZJONI ENEMALTA

PR140
Date Icon 05/02/2004

Il-Korporazzjoni Enemalta mistennija jkollha struttura ta’ management gholi ghall-ewwel darba fl-istorja taghha. Dan habbru il-Ministru Austin Gatt meta kien qed jinawgura l- filling gantry gdida tal-Korporazzjoni Enemalta.

Il-Ministru Gatt spjega li dan l-progett ghandu storja twila. Il-hsieb kien li tinxtara ghal Ras Hanzir fil-Port il-Kbir, fejn l-awtoritajiet tal-port fil-bidu tas-snin disghin kellhom pjanijiet ta' titjib u caqlieq li kien ser jeffettwa l-fuel gantry li ghandha l-Enemalta hemmhekk. Sakemm inxtara dan l-apparat, il-progett ta' Ras Hanzir kien abbandunat. Izda l-inginjiera ta' l-Enemalta adattaw dan l-apparat ghal dan il-post u mmodernizzaw l-operat tal-kumpanija taghhom minn Birzebbugia. Il-Ministru Gatt fisser li l-apparat tal-kontroll tal-fuel gantry kien iddisinjat minn inginjier tat-Taqsima tal-Petroleum ta' l-Enemalta. Minhabba li xi xoghol strutturali ghall-gantry kien qed isir it-Tarzna, ix-xoghol kien waqaf minhabba azzjonijiet industrijali, ordnati mill-GWU, biex il-haddiema tat-Tarzna ma jaghmlux xoghol ghall-Gvern. Dawn kienu parti mill-kampanja ‘ISSA DAQSHEKK’. Il-Ministru Gatt kompla jispjega li f'Mejju ta' sentejn ilu, il-gantry kienet lesta biex tintuza. Minkejja dan il-haddiema li jhaddmu l-bowsers ma' riedux juzawha u baqghu ma jridux juzawha sakemm il-bord tad-Diretturi l-Gdid tal-kumpanija, bil-koperazzjoni tad-Direttur Haddiem u tal-General Workers Union, pperswadihom biex jibdew juzawha.

Il-Ministru Gatt fisser li din l-istorja ta’ din il-Gantry tirrifletti ruhha fis-sitwazzjoni li ghandna fil-kumpanija Enemalta. Il-Ministru Gatt tenna kliem ta’ tifhir lejn it-talenti ta' l-inginjiera kapaci ta' l-Enemalta li f'din l-istorja bhal f'hafna ohrajn urew kapacità professjonali liema bhala. Adattaw ghac-cirkostanzi li nbidlu, uzaw it-talenti taghhom u tejbu l-mod kif tahdem il-Korporazzjoni. Madanakollu korporazzjoni bhal din m'ghandhiex biss bzonn ta' l-inginiera. Il-Ministru Gatt spjega li korporazzjoni trid ukoll management kompetenti, li jmexxi. Austin Gatt spjega li l-fatt li l-kumpanija damet sentejn biex issolvi l-problemi ta’ natura manigerjali biex thaddem din il-gantry, tindika il-htiega ta’ management b’sahhtu u effettiv.

Kien f’dan il-kuntest li habbar li wara snin twal bla Chief Executive Officer, dan ix-xahar, il-kumpanija mistenni li jkollha l-ewwel CEO. Il-hatra ta’ CEO mhix l-unika tibdil li ser isir fil-Korporazzjoni Enemalta. Fil-fatt fil-jiem li gejjin, il-kumpanija ser ikolla ukoll Chief Financial Officer li jiehu hsieb l-ippjanar finanzjarju tal-kumpanija u Chief Information Officer li mistenni jiehu hsieb l-oqsma kollha li ghandhom x’jaqsmu mat-teknologija ta’ l-informazzjoni.

Il-Ministru Gatt spjega wkoll li f’dawn l-ahhar jiem harget sejha interna biex jigi mahtur Head Electricity. Iktar tard dan ix-xahar ser issir sejha ghall-Head Human Resources &Corporate Services, u eventwalment ghall-Head Internal Audit.

Dawn huma biss l-ewwel passi. Mal-management il-gdid qed inhejju riforma organizzattiva shiha biex indahhlu middle management fil-livelli kollha tal-kumpanija li jittrasforma r-rieda tajba f'effettività.

Il-Ministru Gatt qal ukoll li l-progett ta’ din il-gantry turina wkoll li f’dan il-pajjiz ma jistax jkun li affarijiet li huma intenzjonati li jgibu l-efficjenza jdumu daqshekk biex jsiru minhabba dizgwid. Dr Austin Gatt semma kif illum, l-Korporazzjoni Enemalta hija l-ikbar kumpanija li ghandu l-Gvern. Fil-fatt din il-korporazzjoni timpjega ’l fuq minn 1,900 haddiem. Huwa temm jghid li huwa fiducjuz li l-haddiema jifhmu li finalment kull bidla fil-mod kif isir ix-xoghol tkun tfisser servizz ahjar ghac-cittadin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow