Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT GEORGE PULLICINO F’LAQGĦAT F’IŻRAEL

PR1398
Date Icon 10/09/2004

Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino kompla biż-żjara tiegħu f’Iżrael b’numru ta’ laqgħat importanti.

Il-Ministru Pullicino qed imexxi delegazzjoni tal-Gvern Malti wara stedina li saret mill-Gvern Iżraeljan.  Id-delegazzjoni Maltija hi magħmula minn uffiċjali għolja mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, mill-WasteServ Malta Ltd u miċ-Ċentru Malti għax-Xjenza tas-Sajd.  

Il-Ministru Pullicino u d-delegazzjoni Maltija kellhom taħdidiet bilaterali mal-Ministru ta’ l-Agrikoltura u Żvilupp Rurali, Israel Katz.  Matul il-laqgħa kienu diskussi metodi ta’ koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi fil-qasam agrikolu.  Id-delegazzjoni Maltija ltaqgħet ukoll ma’ l-Organizzazzjoni Nazzjonali dwar ir-Riċerka fl-Agrikoltura, mad-Direttur Ġenerali fil-Ministeru ta’ l-Ambjent u mad-Direttur Ġenerali tat-Taqsima Ekonomika tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.  

Id-delegazzjoni Maltija żaret ukoll sit fejn jinħażen u jkun riċiklat l-iskart u faċilità li tispeċjalizza fil-manifattura ta’ sistemi li jaħdmu bl-enerġija solari.   

Il-Ministru George Pullicino kellu wkoll laqgħa informali mal-komunità Maltija li tgħix f’Iżrael.  Il-laqgħa saret fil-kunvent tas-Sorijiet Franġiskani f’Ġerusalemm.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow