Left arrow Go Back

L-EBDA ĦLAS GĦALL-GRADWAZZJONI FL -UNIVERSITA`

PR1397
Date Icon 09/09/2004

Il-Ministru Louis Galea jiddikjara li la hu u lanqas il-Gvern ma ġew konsultati dwar din id-deċiżjoni. Il-Ministru ġie nformat għall-ewwel darba dalgħodu mir-rappreżentanti tal-KSU. Hu investiga l-każ u irriżultalu li d-deċiżjoni lanqas ma ġiet diskussa fil-Kunsill ta’ l-Universita` fejn l-istudenti u l-Gvern għandhom ir-rappreżentanti tagħhom. Id-deċiżjoni ittieħdet fil-livell amministrattiv ta’ l-Universita`. Il-Ministru talab lir-Rettur jieħu l-passi meħtieġa biex din id-deċiżjoni amministrattiva tiġi irtirata.

Il-Ministru Louis Galea ta direttiva lill-Universita` li m’għandha timponi l-ebda ħlas fuq l-istudenti mingħajr diskussjoni u approvazzjoni fil-Kunsill ta’ l-Universita`. Din hi it-tieni darba li l-amministrazzjoni ta’ l-Universita` imponiet ħlas għal servizzi mingħajr approvazzjoni tal-Kunsill ta’ l-Universita` u konsultazzjoni mal-Gvern. L-ewwel darba kienet il-ħlas li ntalab biex studenti jirreġistraw ma’ l-Universita` għall-ewwel darba.  

Il-Ministru Louis Galea jsostni li filwaqt li fl-awtonomija tagħha l-Universita` tagħmel sew li tinsisti għal finanzjament adegwat biex tkompli taqdi l-funzjoni tagħha essenzjali għall-pajjiż, trid tiftakar li hi wkoll l-unika Universita` ta’ l-iStat Malti regolata minn politika (policy) kif dettata fil-liġi u mill-Gvern tal-ġurnata. Ghaldaqstant, l-Universita` m’għandha l-ebda xkiel biex tieħu inizjattivi , kif jagħmlu Universitajiet oħra barra minn Malta , bl-iskop li tidħol għal xogħol ta’ riċerka u pariri lill-industrija li jirrendi finanzjarjament. Iżda m’għandhiex timponi piżijiet fuq l-istudenti jekk mhux b’deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-Universita`.  

Fl-aħħarnett, il-Ministru Louis Galea ifakkar li l-Gvern, permezz ta’ Grupp ta’ Xogħol immexxi minnRoderick Chalmers, beda proċess ta’ eżami mill-ġdid tas-sistema kollha tal-finanzjament ta’ l-edukazzjoni post-sekondarja, vokazzjonali u terzjarja. Meta ir-rapport ikun lest il-Gvern ikun jista` jingaġġa fi djalogu ma’ kulħadd u jiddeċiedi dwar il-politika li ser jadotta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow