JUM IL-VITORJA 2004 F’GĦAWDEX
Il-Ministru għal Għawdex, L-Onor. Giovanna Debono, illum ser tippresjedi l-attivitajiet organizzati f’Għawdex sabiex jiġi mfakkar Jum il-Vitorja.
Iċ-ċerimonja ser tibda bis-sehem tal-Banda tal-Pulizija illi ser timmarċja minn Pjazza Sabina sa’ Pjazza Indipendenza, Victoria u tkompli bil-parteċipazzjoni tal-Forzi Armati ta’ Malta. Wara l-wasla tal- Ministru ghal Ghawdex fi Pjazza Indipendenza, l-attivita` tkompli bil-qari ta’ poeżija u diskors kommemmorattiv li din is-sena ser isir minn Chev. Paul George Pisani, Nutar Pubbliku. Iċ-ċerimonja tilħaq il-qofol tagħha permezz tat-tqegħid ta’ kuruni fuq il-Monument tal-Gwerra fi Pjazza Indipendenza. Waqt l-istess ċerimonja l-Banda tal-Pulizija tesegwixxi programm mużikali illi jasal fi tmiemu bid-daqq ta’ l-Innu Malti.
Il-kommemorazzjoni ser issir illejla, 7 ta’ Settembru 2004, fis-6.00pm.
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en