Left arrow Go Back

IS-SUSSIDJU JINGĦATA SKOND IL-KRITERJI STABBILITI

PR1384
Date Icon 06/09/2004

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja u s-Sajd jixtieq jagħmilha cara li l-iskop tas-sussidji lis-settur tal-biedja huwa intenzjonat biex meta tneħħew il-‘levies’, wara l-1 ta Mejju 2004 u s-swieq ġew liberalizzati, l-impatt fuq is-settur tal-biedja ma jkunx ta’ detriment għall-għiexien tal-bdiewa, iżda ta’ inkoraġġiment biex dawn itejbu l-pożizzjoni tagħhom u aktar minn hekk, ikunu kompettitivi bħal sħabhom il-bdiewa l-oħra Ewropej.

Biex dan kollu jiġi salvagwardjat, il-Gvern waqqaf politika għall-‘Special Market PolicyProgram for Maltese Agriculture (SMPPMA)’ biex din tagħmel tajjeb biex is-sussidji jingħataw lill-bdiewa b'mod ekwu u ġust.  

Biex dan il-għan jintlaħaq, il-Gvern waqqaf dipartiment tal-Integrated Administrative Control System(IACS) biex wara li l-bdiewa jkunu rreġistraw ir-raba tagħhom ma’ dan id-dipartiment kif ukoll il-prodotti li jitkabbru fuq dan ir-raba, id-dipartiment jkun jista’ jikkalkula kemm tista’ tkun il-produzzjoni ta’ kull bidwi. Peress li s-sussidju qed jingħata skond din il-produzzjoni, il-Gvern qed jaghmel il-kontrolli meħtiega biex jiġi aċċertat illi s-sussidji joħorgu fuq il-produzzjoni vverifikata.  

U kien propju għalhekk li l-Ministeru għaddej b'dawn il-verifiki biex ikun aċċertat li s-sussidju jingħata skond il-kriterji stabbiliti.  

Dan kollu qed isir fl-aħjar interess tal-bdiewa biex dak li ġie nnegozjat u miftiehem ma’ l-Unjoni Ewropea ma jiġix ipperikolat minn xi wħud, inkluz xi bdiewa.  

Il-Gvern se jkompli għaddej bil-verifiki għall-MIZURI KOLLHA neċessarji f’dan il-qasam skond ir-regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropea u skond il-Kriterji ta’ kontabilita’ kif titlob il-ligi.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow