Left arrow Go Back

13-IL STUDENT JIBBENEFIKAW MILL-YOUTH SPECIALISATION STUDIES SCHEME - 2004

PR1373
Date Icon 03/09/2004

Tlettax-il persuna ntgħażlu minn 33 applikant għall-Youth Specialisation Studies Scheme, skema ta’ appoġġ finanzjarju għal dawk l-istudenti li jsegwu korsijiet barra minn pajjiżna u li ma jkunux offruti f’pajjiżna.  Din is-sena l-applikazzjonijiet infetħu fit-3 ta’ Mejju u għalqu fil-11 ta’ Ġunju.  L-ammont allokat għal din is-sena kien ta’ Lm 60,000. 

L-iskema hi maħsuba biex tgħin lill-Maltin li jkunu jridu jispeċjalizzaw f’xi qasam partikolari li mhux mgħallem f’pajjiżna.  L-iskema tgħin lil żgħażagħ ta’ bejn 18 u 30 sena permezz ta’ self sussidjat mill-Gvern.   Dawk li ntgħażlu jkunu jistgħu jieħdu self b’rata ta’ 5.25% fis-sena, madankollu l-Gvern jagħti sussidju ta’ 4.25% fis-sena filwaqt li l-istudent iħallas rata ta’ 1% biss tul iż-żmien tal-moratorju li jiddependi fuq kemm idum il-kors li jkun qed isegwi.  

Bi ftehim mal-APS Bank, din is-sena l-bord ta’ l-għażla ta preferenza lil dawk li kienu se jsegwu korsijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-arti u x-xjenza.    

L-ewwel ftehim bejn il-Gvern u l-APS Bank biex tkun offruta din l-iskema sar fl-1994 u s’issa ibbenefikaw minnu aktar minn 230 persuna li bejniethom ibbenefikaw f’madwar Lm 1.7 miljun f’sussidji.  Is-Lm 60,000 allokati għal dawn it-tlettax-il student huma l-aħħar ammont ta’ flus li qed jiġu allokati taħt l-aħħar ftehim li l-gvern għamel mal-APS Bank fl-2002 li kien jinkludi madwar Lm 250,000 f’self.   

Waqt l-iffirmar tal-kuntratti mat-tlettax-il żgħażugħ u żagħżugħa, il-Ministru Louis Galea li hu responsabbli mill-qasam taż-Żgħażagħ qal li l-Gvern jinsab sodisfatt bl-isħubija li għandhu mal-APS Bank  għal din l-iskema u qal li se jibdew n-negozjati bejn il-Ministeru u l-Bank biex dan il-fteħim jiġi mġedded għall-ġid ta’ l-istudenti u ż-żgħażagħ Maltin. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR261952

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

More Press Releases Right arrow