Left arrow Go Back

DISKORS TA’ L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U INTERN, WAQT IT-TNEDIJA TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP TAL-LIBRERIJI PUBBLIĊI MILL-KUNSILLI LOKALI – IL-BELT VALLETTA – L-1 TA’ SETTEMBRU 2004

PR1361
Date Icon 02/09/2004

Nhar l-20 ta’ Marzu 2004 dan il-Ministeru kien promotur u organizzatur flimkien ma’ dak ta’ l-Edukazzjoni sabiex ġewwa l-Mużew Marittimu ġiet organizzata konferenza bit-tema “Il-Kunsilli Lokali u L-Libreriji Pubbliċi –Inħarsu ’l Quddiem”. F’dik il-laqgħa ta’ nofs ta’ nhar bl-għajnuna tal-parteċipanti ġew diskussi numru ta’ punti u problemi li qed jiltaqgħu magħhom il-Kunsilli Lokali fil-ġestjoni tad-diversi libreriji li ġew devoluti f’idejhom.  

Hareġ ċar li għad ma hemmx strateġija nazzjonali li fuqha dawn l-libreriji qed jiġu mmexxija. L-esperjenza ġenerali hija li apparti l-ħeġġa inizjali fejn f’ħafna drabi jsir sforz kbir sabiex jinbeda kollox, din ma tiġix segwita bl-istess impetus. Deher li f’ċerti postijiet hemm attenzjoni kbira da parti tal-kunsilli u mhux biss iżda hemm sforzi daqqa kostanti u daqqiet sporadiċi sabiex, sija l-istudenti kif ukoll l-adulti, jiġu mħajjra jisselfu l-kotba. Pero’ dan ma huwiex f’kull post. Mhux biss dan, hemm ukoll differenzi oħra bħal fatt li għandek Kunsilli Lokali li għandhom f’idejhom u oħrajn li jixtiequ iżda dan għadu ma seħħx.  

Il-konferenza rat ukoll li f’ċerti lokalitajiet hemm attendenza tajba mentri f’oħrajn din hija għal kollox nieqsa. Terġa hemm bliet u rħula fejn hemm għatx għall-kotba miktuba bil-Malti u oħrajn le. Il-verita’ hija li in ġenerali għad ma daħlitx il-kultura tal-qari f’kull rokna ta’ pajjiżna.  Ma huwiex xi sigriet u anqas ma huwa xi nuqqas ta’ dan il-pajjiż biss pero’ lkoll għandna naċċettaw li dan l-poplu ma jagħtix biżżejjed importanza lill-qari. Il-ktieb, hemm bżonn li s-soċjeta’ tifhem dejjem iktar li huwa investiment għall-futur ferm aqwa minn kull oġġett ieħor. Għalhekk ma hemmx sostituzzjoni għax-xiri ta’ kotba ta’ valur, li għandhom messaġġ pożittiv x’jagħtu u li nkitbu minn persuni li għamlu isem fl-istorja tal-letteratura dinija mill-komunita’. Ma hemm xejn ħazin jekk il-Kunsilli Lokali kollha jibdew jieħdu ħsieb li jaħsbu sabiex mill-allokazzjoni tagħhom ta’ kull sena jqiegħdu parti minnha għal dan il-għan. 

F’dik il-konferenza ukoll fejn ipparteċipaw numru ta’ sindki u persuni li ġew inkarigati minnhom sabiex jieħdu ħsieb il-libreriji, ħafna tkellmu fuq il-bżonn li l-istrateġija nazzjonali tinħadem u tibda tiffunzjona tajjeb. Kien hemm ilmenti varji, kollha indirizzati lejn l-għarfien li għandna nagħtu attenzjoni partikolari lil dan is-settur. Min qiegħed verament impenjat, speċjalment il-librara kollha, ħeġġew lejn koordinazzjoni ikbar u għarfien sħiħ li dan għandu jkun proċess mhux ta’ darba iżda wieħed kontinwu.  

Dan ħareg iktar u iktar meta wieħed jikkonsidra li d-dipartiment tal-libreriji pubbliċi qiegħed joffri servizz modern, avvanzat li ma huwiex mgħarraf lill-poplu jew lill-Kunsilli nfushom u għalhekk anqas ma huwa utilizzat daqskemm wieħed għandu jippretendi. Dan ma għandux jkun u aħna bħala pajjiż għandna nieħdu ħsieb nużaw u nutilzzaw aħjar s-servizzi li għandna, kif ukoll li nibdew naħdmu b’aktar impenn sabiex inżidu s-servizzi li jistgħu jingħataw f’din id-direzzjoni mill-Kunsilli Lokali nfushom. Ħidma f’dan is-sens ma titlobx spejjeż, finanzi insormontabbli jew allokazzonijiet ikbar. Anzi b’iktar sens komun, koordinazzjoni u b’għarfien ikbar ta’ kemm huwa faċili li taqsam il-kotba u tifrixhom bejn iktar libreriji ssib li b’inqas milli wieħed jista’ jaħseb dak li jidher mxerred fil-fatt huwa għad-dispożizzjoni ta’ kulħadd. 

Settembru ssoltu huwa x-xahar meta ħafna mill-ġenituri u l-studenti jerġghu jibdew jaħsbu x’kotba għandhom bżonn sabiex jidħlu għall-istudji tagħhom għas-sena akkademika li ġejja. Għalhekk illum l-1 tax-xahar ħassejna li għandna nagħmlu din il-Konferenza Stampa sabiex mhux biss inħabbru numru ta’ miżuri li qed nipproponu li għandhom jittieħdu minna fil-futur iżda ukoll sabiex inservu ta’ vuċi fis-soċjeta’ li tħajjar l-ewwel  lejn iktar użu ta’ kotba minn fuq l-ixkafef tal-libreriji pubbliċi u xiri ta’ kotba sabiex u t-tieni lejn l-istess Kunsilli Lokali speċjalment dawk li għandhom f’idejhom dawn l-libreriji pubbliċi sabiex jagħtu servizz aħjar lill-komunita’ sija fl-ammont u fil-kwalita’ ta’ kotba, kif ukoll fil-ħinijiet li jagħmluha iktar faċili sabiex dawn l-libreriji jiġu użati.  U dan kollu ovvjament sabiex jikber l-qari fis-soċjeta’. 

F’dan id-dawl u wara dan kollu l-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern ħass li għandu jgħaddi għall-passi iktar konkreti u jibni programm loġiku u li jista’ jintlaħaq sabiex fis-snin li ġejjin il-Kunsilli Lokali jkollhom linji ta’ gwida u għajnuna tajba sabiex l-għanijiet li ħargu f’dik il-Konferenza jiġu ndirizzati. Għalhekk f’din il-linja ħadna ħsieb li l-ewwel jitwaqqaf kumitat li ilu jaħdem tul dawn l-aħħar xhur magħmul mis-Sinjuri Oscar Grech bħala Chairman, u bħala membri s-Sur Natalino Attard Direttur tal-Gvern Lokali, is-Sur Philip Borg Direttur tad-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji u s-Sur Robert Mizzi Chairman tal-Malta Library and Information Association.  

Dan il-kumitat qiegħed għalhekk jaħdem sabiex jieħu ħsieb jibni linji li fuqhom jkun hemm impenn iktar konkret sabiex il-libreriji jissaħħu u dan b’numru ta’ inizjattivi, u dan fost l-oħrajn sabiex l-ewwel isir użu aħjar u iktar intelliġenti tal-media sabiex tinbeda u titkompla kampanja kontinwa lejn l-vantaġġi tal-ktieb, it-tieni li tinħadem sistema aħjar ta’ kif jinxtraw il-kotba lejn sens aqwa ta’ x’tip , x’kwalita’ u x’valur għandu jkun hemm fuq l-ixkafef kif ukoll li tagħmel sens ekonomiku ikbar f’dak li qiegħed joffri s-suq, it-tielet li riżorsi u s-sorsi, sija ta’ distributuri kif ukoll ta’ donaturi, jiġu koordinati lejn iktar tixrid aħjar tal-ġid li jistgħu jagħmlu, ir-raba’ li bl-għajnuna tal-Malta Library and Information Association ser jiġi organizzat kors sabiex il-persuni li ħafna drabi jmorru volontarjament jmexxu dawn l-libreriji lokali jieħdu tagħrif  u taħriġ (Information Skills) sabiex imexxu aħjar milli huma dak li huwa fdat lilhom, il-ħames strateġija aħjar id f’id mad-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji sabiex l-esperjenza li ilha tinġabar hemm is-snin tkun għad-dispożizzjoni tal-libreriji , is-sitta linji ta’ gwida bażata fuq l-hekk imsejjha “best practice” ta’ kif wieħed għandu jħajjar adulti sabiex jaqraw u jagħmlu użu minn dawn l-libreriji. 

Nagħlaq b’żewg punti l-ewwel li dan il-kumitat qiegħed jistieden lil kull min għandu suġġerimenti x’jagħti sabiex dan l-għanijiet jintlaħħqu li jew jiktbilhom jew inkella jieħu ħsieb jiltaqa’ magħhom u t-tieni sabiex ninfurmaw il-pubbliku li fix-xahar ta’ Ottubru ser tiġi organizzata t-tieni konferenza fuq dan is-suġġett sabiex il-proċess li nbeda ma jintilifx anzi li jiġi iktar issudat.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow