Left arrow Go Back

STQARRIJA KONĠJUNTA BEJN IL-MINISTERU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’ U L-MUMN

PR1358
Date Icon 01/09/2004

Wara laqgħa li saret bejn il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità fil-preżenza ta’ uffiċjali għolja fi ħdan il-Ministeru u l-MUMN, intlaħaq ftehim dwar il-mod kif sa jiġu mpjegati n-nurses wara li jintemm l-eżerċizzju li qed isir fid-Diviżjoni.  Id-Diviżjoni reġgħet saħqet illi mhux minnu li mhux sa jiġu ngaġġati nurses biex jimtlew il-vakanzi. 

Filwaqt li ż-żewġ naħat ikkonfermaw li hemm numru ta’ vakanzi fil-grad ta’ infermier, ingħatat assigurazzjoni li sa nhar it-Tnejn 6 ta’ Settembru 2004, jintemm l-eżerċizzju biex jiġi stabbilit in-numru eżatt tal-vakanzi.  Ġie miftiehem ukoll li sussegwentement issir laqgħa bejn id-Diviżjoni tas-Saħħa u l-MUMN biex jiġi komunikat ir-riżultat ta’ dan l-eżerċizzju u b’hekk ikun jista’ jibda l-proċess ta’ l-ingaġġ.   

Id-Diviżjoni assigurat lill-union li bis-saħħa ta’ dan il-proċess jiġu onorati diversi ftehim preċedenti dwar il-complement tan-nurses fis-swali tal-mediċina u sabiex, filwaqt li tiġi garantita kura ta’ l-aqwa livell għall-pazjenti, id-Diviżjoni tagħmel l-aħjar użu tar-riżorsi umani u finanzjarji tagħha.   

Min-naħa tagħha, l-MUMN avżat lid-Divizjoni li qed tissospendi l-azzjonijiet kollha li kienu fis-seħħ. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow