TITĦABBAR SKEMA TA’ ĦLAS TAL-LIĊENZJI TAN-NEGOZJU FL-UFFIĊĊJI TAL-MALTAPOST
IT-TLIETA: 31 TA’AWISSU 2004
NRU.1354
TitĦabbar skema ta’ ħlas tal-liċenzjitan-negozju fl-uffiċĊji tal-Maltapost
Is-SegretarjatParlamentari għan-Negozji Żgħar u s-SelfEmployed, b’kollaborazzjoni mal-Maltapost, ħabbar skema li biha dawk il-persunili għandhom liċenzja tan-negozju u li ghal xi raġuni għadhom ma ħallsuxl-ammont dovut, ser ikunu jistgħu jagħmlu dan billi jmorru fil-fergħattal-Maltapost plc.
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo ħabbar danwaqt li kien qiegħed jitkellem f’konferenza ta’ l-aħbarijiet li saret fil-Head Office tal-Maltapost, u li għalihakien hemm preżenti wkoll id-Direttur tat-Trade Licensing Unit flimkien ma’uffiċjali tal-Maltapost. Din l-iskemagħandha bħala skop:
· is-simplifikazzjoni tal-proċedura tal-ġbir ta’ flus dovuti lill-Gvernb’metodu,
· li tiġi aġġornata d-databaseta’ dawk il-persuni li għandhom liċenzja tan-negozju
· u li minn fuq din id-databasejinħarġu l-avviżi tal-ħlas (LMS).
Din l-iskema hija maħsuba li tgħin sabiex ikunaċċertat li jkun eżerċizzju li permezz tiegħu dawk kollha li għandhom liċenzjatan-negozju ikun qed jintbagħatilhom l-avviż tal-ħlas.
Din l-iskema toffri opportunita` lil dawk il-persunili rċevew avviż ta’ ħlas u għadhom ma ħallsux il-liċenzja, kif ukoll lil dawkis-sidien tan-negozji li għandhom liċenzja u li f’dawn l-aħħar xhur qatt marċivew avviż ta’ ħlas u ghad m’għandhomx il-liċenzja mħallsa.
Dawn is-sidien tan-negozji ser ikollhomil-possibilita` li jmorru f’kull waħda mill-31 fergħa tal-Maltapost u jħallsuhemmhekk. Magħhom iridu jieħdu kopjatal-liċenzja oriġinali, l-irċevuta ta’ l-aħħar pagament, u kopja ta’ l-avviżtat-tiġdid.
…/…
Il-persuna li tkun marret fil-fergha tal-Maltapostbiex taghmel il-ħlas trid imbaghad tħallas il-pagament kollu, inkluż jekk ikunhemm arretrati. Jekk il-persuna majkolliex kopji tad-dokumenti msemmija, ma tkunx tista’ tħallas, u allurajkollha tmur direttament għand it-TradeLicensing Unit f’Lascaris. Permezzta’ din l-iskema, bl-għajnuna tal-Maltapost, it-Trade Licensing Unit qiegħed iniedi eżerċizzju li permezz tiegħuqiegħed jaġġorna d-database ta’ dawkil-persuni li għandhom liċenzja tan-negozju.
“Skond il-liġi li tirregola l-ħruġ tal-liċenzjitan-negozju, it-TLU seta’ għażel li jħarrek lil dawk il-persuni li minkejja lirċevew l-avviż tal-ħlas, xorta ma ħallsux. Seta’ għamel l-istess ma’ dawk il-persuni li għal xi raġuni jew oħra, manfurmawx lill-istess Dipartiment b’xi tibdil fl-informazzjoni rigwardil-liċenzja.
Minkejja dan,il-Gvern, permezz ta’ dan id-Dipartiment, ma għażilx li jħarrek iżda li jkomplijissimplifika l-proċeduri li permezz tagħhom jinġabar il-ħlas. Iżda issa, wara din l-iskema, il-Gvern majibqgħalux għażla oħra ħlief li juża d-drittijiet li tagħtieh il-liġi biex ikunaċċertat li l-ħlas tal-liċenzja ikun sar”, qal is-Segretarju Parlamentari EdwinVassallo.
Dwar dan is-servizz, is-Segretarju ParlamentariEdwin Vassallo qal ukoll li l-Maltapost diġa` għandha dan it-tip ta’ servizzgħal entitajiet oħra bħalma huma l-Maltacom, il-Water Services Corporation,l-Enemalta, il-VAT, il-Melita Cable u l-On-Vol. B’dan il-ftehim, il-Gvern ikun jista’ joffri huwa wkoll servizz li bihil-klijent jinqeda’ aħjar, u wiehed ma jkollux għalfejn jidħol jagħmel il-ħlastiegħu fil-Belt Valletta, iżda jkun jistgħu jagħmluh bil-kumdita` kollhafl-eqreb fergħa tal-Maltapost. “B’danil-mod,” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Vassallo, “inkunu wkollqegħdin ngħinu u nsostnu n-negozju.”
Għall-konferenza ta’ l-aħbarijiet attendew ukollid-Direttur tat-Trade Licensing Unit,is-Sur Saviour Farrugia, ic-ChiefExecutive Officer Designate tal-Maltapost, is-Sur Stephen Sultana, is-Senior Manager Retail, is-Sur EdwinBorg, u l-Product Manager Marketing andBusiness Development, is-Sur Martin Bonavia.
DOI – 31.08.2004
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en