FINANZJAMENT TAHT IL-PROGRAMM ARGO
Nru : 1352
Finanzjament taht il-Programm ARGO
Il-Ministeru tal-Ġustizzja u Internjirrreferi għal rapport li deherfil-media lokali (il-Kullħadd tad-29 ta’ Awissu, 2004) fejn ġie rapportat illi l-GvernMalti tilef opportunita` li japplika għalfondi mill-Unjoni Ewropea taħtil-programm Argo u dan bi traskuragni.
Il-fatti juru mod ieħor.
Il-programm Argo jiffinanzja bissoperazzjonijiet kongjunti bejn żewg stati membri dwar immigrazzjoni illegali. Għalhekk pajjiż wieħed ma jistax waħdu japplika għalfondi taħt dan il-programm.
Fil-fatt ġiet indagata l-possibilta` li jsirproġett kongjunt ma` l-Italja u għaldan il-għan saret laqgħa f`Malta fil-5 ta’ Marzu 2004 bejn rappreżentantitekniċi mill-Italja, Malta, il-Libja u t-Tunisija. L-iskop ta` din il-laqgħa kien illi tiġi studjata l-possibilita` li jsir `patrol` konġjunt ta’ l-ibħra fil-Mediterran Ċentrali. Ma ntlaħaqx ftehim bejn il-partijiet kollha u b`hekkma setetx issir talba konġunta anki għaliexsabiex jigu mitluba l-fondi, il-Gvern Malti jrid joħrog parti sew mill-ispejjez. Għalhekk ma kienx jagħmel sens illi jsir provvediment għal flus mill-budget tal-Gvern qabel ma jkunhemm qbil ma` stat membru iehor;
Fil-fatt dan il-programm ma kienx suċċess kbir fl-Ewropakollha u bħalissa għadejja diskussjoni attiva biex il-programm Argo ma jibqax marbut li jiffinanzjabiss proġetti ta` żewg stati membri bi sħab, izda stat membru waħdu jkun jista` japplika għal fondi.
DOI– 30/08/2004
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en